Btala fil-Veneto li tinkludi l-opera AIDA fl-Arena ta’ Verona
26 – 30 ta’ Ġunju 2023
Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.
Adulti: €795
Tfal bejn 2 u 11- il sena: €720

Prezz jinkludi:
- Flights Airmalta (taxxi inklużi)
- Bagalja 20kg, hand luggage 10kg u handbag
- Hotel 4* half board (inbid u ilma inklużi)
- Hotel City tax
- Transfers u eskursjonijiet kollha skont il-programm
- Biljett għall-Opera AIDA fl-Arena ta’ Verona
- Servizz ta’ Tour leader
L-ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan li titlaq kmieni waranofsinhar. Fl-ajruport ta’ Milan insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna (4*) li tinsab fir-reġjun ta’ Veneto ftit ‘il barra mill-belt ta’ Treviso. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.
It-Tieni ġurnata

Wara l-kolazzjon nitilqu lejn iż-żona tad-Dolomiti (Alpi) fejn din id-darba se ngawdu x-xenarji tal-muntanji maestużi li aħna l-Maltin tant mixtiqin minnhom. Nieqfu fir-raħal popolari ta’ Cortina d’Ampezzo fejn ikollna l-opportunità nippassiġġaw u ngawdu l-post bil-kumdità kollha. Wara nirkbu l-kowċ u ngħaddu minn Passo Tre Croci u l-widien ta’ San Marco u Auronzo. Nieqfu Lake Misurina fejn inkunu nistgħu nitpaxxew b’xenarji tal-ħolm. Filgħaxija mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet ġurnata

Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ Treviso minn fejn nirkbu l-ferrovija (inkluża fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru l-belt unika u spettakolari ta’ Venezia fejn se nqattgħu ġurnata sħiħa. Fost l-oħrajn naraw Ponte Rialto, Ponte dei Sospiri u Piazza San Marco u jkollna ħin liberu niskopru t-toroq dojoq ta’ din il-belt unika u min irid jagħmel ukoll xi ftit shopping. Tard waranofsinhar nerħulha lejn l-istazzjon ta’ Santa Lucia fejn naqbdu triqitna lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ ġurnata

Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna Treviso fejn ikollna l-opportunita’ niskopru ċ-ċentru storiku tagħha fosthom il-Katidral u l-kanali li jżewqu din il-belt ħelwa. Għal nofsinhar immorru nieklu flimkien (illum flok l-ikla ta’ filgħaxija – inkluża fil-prezz). Wara l-ikel nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn il-belt ta’ Romeo u Giulietta – Verona. Ikollna l-opportunità fost affarijiet oħra naraw l-Arena, l-Katidral, id-dar ta’ Giulietta u l-pjazez li jżewqu din il-belt stupenda. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Filgħaxija jkollna l-opportunità unika li nassistu għall-opera AIDA fl-Arena (biljett inkluż fil-prezz). Wara li tispiċċa l-AIDA mmorru lura lejn il-lukanda.
Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn l-ajruport ta’ Milan, fejn nieħdu t-titjira tal-Airmalta li twassalna lura Malta.
*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.