• info@sisutours.com
  • +356 79262249

Autumn in Piemonte & Valle d’Aosta

Inżuru żoni li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

1 – 5 ta’ Novembru, 2019

Prezzijiet għal kull persuna:
• Adulti: €665
• Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €565
Il-prezz jinkludi:
• Titjiriet bl-Airmalta – Malta/Milan bir-ritorn
• Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
• L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
• Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi)
• Trasport Ċirkewwa/Airport/Ċirkewwa
• Servizz ta’ tour leader (Lawrence Sciberras)

L-Ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan. Fl-ajruport ta’ Milan, insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li hija 3 star (Hotel Parisi) u tinsab fir-reġjun ta’ Piemonte ġewwa l-belt ta’ Nichelino ftit minuti bogħod minn Turin. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena li hija 4 course bl-inbid u kafe inklużi.

It-Tieni ġurnata
Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna fiċ-ċentru ta’ Turin fejn se nagħmlu ġurnata niskopru din il-belt stupenda magħrufa għal monumenti, palazzi u knejjes barokki li tħaddan u għal bosta ħwienet fejn min iħobb is-shopping ikollu xalata sħiħa. Tard waranofsinhar inżuru l-Juventus Stadium (Allianz Arena). Min irid ikun jista’ jieħu tour tal-Juventus Stadium jew jidħol fil-Juventus Museum (ħlas extra) u l-oħrajn jistgħu imorru shopping fil-bosta ħwienet li hemm. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fejn inżuru żona tal-Piemonte magħrufa bħala Langhe. Hawn inkunu nistgħu nitpaxxew b’veduti mill-isbaħ ta’ irħula u kastelli medjevali, għoljiet u għelieqi mimlija dwieli minn fejn jiġu kkoltivati u prodotti l-aqwa inbejjed ta’ dan ir-Reġjun. Waranofsinhar nitilqu lura lejn Turin biex inżuru l-knisja ta’ San Giovanni Bosco li twieled u għex f’din il-belt. Minn hawn immorru Eataly fejn indumu sa tard filghaxija.

Ir-Raba’ ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fejn in-natura hija spettakolari. Nieqfu ġewwa Courmayeur fejn ikollna ċ-ċans nippassiġġaw u nammiraw il-post. Min irid jista’ jitla’ f’waħda mill-aktar cable cars moderni fid-dinja u jasal sa gholi ta’ aktar minn 3000 metru (ħlas extra). Din il-cable car ġiet inawgurata f’2015 u swiet 110 miljun ewro. Wara Courmayeur nerhulha lejn il-belt ħelwa ta’ Aosta. Filgħaxija nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni, u nitilqu lejn il-belt ta’ Milan. Hawn inqattgħu in-nofs ta’nhar ta’ filgħodu ingawdu ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt unika u żgur l-aħħar shopping ta’ din is-safra. Wara nofsinhar nirkbu l-kowċ lejn l-ajruport fejn naqbdu t-titjira tal-Airmalta li twassalna lura lejn Malta.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.


Toscana & Liguria 2017 Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Contact

Phone: (+356) 79262249
Email: info@sisutours.com

New tour! Rome and the Abruzzo region. 1st November departure. Book now!