• admin@sisutours.com
  • +356 21564323

‘Carnival in Toscana’ Tour

‘Carnival in Toscana’ Tour (Carnival holidays)

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

17 – 21 ta’ Frar, 2023

Prezzijiet għal kull persuna:

  • Adulti:690
  • Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena:590

Il-prezz jinkludi:

  • Titjiriet bl-Airmalta – Malta/Milan bir-ritorn
  • Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
  • L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
  • Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi)
  • Trasport Ċirkewwa/Airport/Ċirkewwa
  • Servizz ta’ tour leader.

Tour Leader: Lawrence Sciberras

L-ewwel ġurnata

Albergo La Castellana

Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta wara nofsinhar biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan. Naslu fl-ajruport ta’ Milan, fejn insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li hija 4 star u tinsab fir-reġjun ta’ Toscana fil-konfini mar-reġjun ta’ Liguria. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit. Jekk ikun baqa’ hin, nerġgħu nirkbu l-kowċ li teħodna lejn ir-raħal medjevali ta’ Sarzana li jinsab qrib il-lukanda fejn naghmlu passiggata helwa. Wara nerġgħu lura għaċ-ċena.

It-Tieni ġurnata

Colonnata

Nieħdu l-kolazzjon u l-ewwel waqfa tagħna tkun fir-raħal suġġestiv ta’Carrara li jinsab qrib il-muntanji u li huwa famuż ħafna għall-irħam abjad tiegħu li minnu ġew magħmulin opri ta’ l-arti kbar matul is-snin. Hemm ikollna l-opportunita` naraw kif jinqata’ u jiġi trasportat dan l-irħam prestiġjuż. Inżuru r-raħal ta’Colonnata li huwa magħruf mad-dinja kollha għal produzzjoni tax-xaħam. Wara Colonnata nerħulha lejn il-belt meraviljuża ta’ Pisa fejn fost l-oħrajn inżuru Piazza dei Miracoli bl-attrazzjoni prinċipali tkun it-torri mmejjel. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata

Lucca

Nieħdu l-kolazzjon u naqbdu triqitna lejn Lucca. Il-belt ta’ Lucca hija magħrufa l-aktar ghas-swar uniċi tagħha. Ikollna l-opportunita` li nippassiġġaw fuq dawn is-swar, kif ukoll inżuru xi pjazez u knejjes ta’ din il-belt unika. Hawn ukoll ikollna xi ħin liberu għas-shopping. Wara nofsinhar nitilqu lejn Viareggio fejn ikollna l-opportunita’ ngawdu l-Karnival maghruf l-aktar ghal-karrijiet spettakolari. Filgħaxija nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata

Wara l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt medjevali ta’ San Gimignano li hija wkoll patrimonju UNESCO. Hemm ikollna ċans nippassiġġaw fit-triqat u l-pjazez karatteristiċi ta’ din il-belt unika. Wara nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn il-belt ta’Siena fejn fost l-oħrajn inżuru l-katidral dedikat lill-Madonna u l-famuża Piazza del Campo fejn darbtejn fis-sena jsiru t-tiġrijet taż-żwiemel tal – Palio di Siena. Filgħaxija nirkbu l-kowċ li teħodna l-lukanda għaċ-ċena.

Il-Hames ġurnata

Porto Venere

Nieħdu l-kolazzjon kmieni u mmorru lejn Portovenere fejn ikollna cans ingawdu x-xenarji spettakolari li joffri dan il-post. Wara nitilqu lejn l-ajruport ta’ Milan, fejn nieħdu t-titjira ta’ l-Airmalta.

 

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.


Contact

Phone: (+356) 21564323 | 27564323
Email: admin@sisutours.com

Opening hrs:
Mon – Fri: 9 AM – 6 PM
Sat: 9 AM-12 PM

Toscana & Liguria Tour Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Give the gift of travel! Vouchers available.