• info@sisutours.com
  • +356 79262249

Christmas Tour in Central Italy

(27 sa 31 ta’ Dicembru, 2021)

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll tlieta mill-aqwa santwarji tad-dinja (Vatikan, Assisi u Loreto) li kollha se jkunu mzejjna bid-dwal tal-Milied.

Prezzijiet għal kull persuna:

  • Adulti: €685
  • Tfal taħt it-12 – il sena: €600      

Il-prezz jinkludi: 

  • Titjiriet bl-Air Malta – Malta/Ruma/Malta 
  • Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge 
  • L-eskursjonijiet kollha skont il-programm 
  • Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi)
  • Wine tasting gewwa Offida.
  • Servizz ta’ tour leaders. 

L-Ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta kmieni filghodu biex nirkbu t-titjira Airmalta li teħodna Ruma. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-kowċ li se tkun magħna matul il-vjagg kollu. Il-kowċ tħallina fiċ-ċentru ta’ din il-belt meraviljuża u hawn inqattgħu ftit sigħat inżuru l-belt tal-Vatikan u t-teżori li tħaddan. Fl-4pm nerġgħu nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn ir-raħal ta’ Ortezzano fir-reġjun ta’ Marche. Nissetiljaw fil-kmamar tal-Agriturismi li se jospitawna u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita’ unika li nibdew induqu ir-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inkluż dejjem fil-prezz matul iċ-ċena flimkien mal-ilma). Se nkunu noqogħdu ġo Agriturismi imdawrin bis-skiet u l-ġmiel tal-kampanja.

Grotte di Frasassi

It-Tieni ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Grotte di Frasassi (biljett tad-dhul inkluz fil-prezz). Dawn huma l-akbar għerien ġol-muntanji fl-Ewropa u ż-żjara tagħhom li ddum 75 minuta hija verament unika u impressjonanti. Wara li nżuru Frasassi nitilqu lejn il belt ta’ Loreto fejn fost affarijiet oħra hemm is-santwarju iddedikat lill-Madonna u li hemm devozzjoni kbira lejha. Hawn ikollna wkoll xi ħin liberu biex inkomplu niskopru din il-belt li ovvjament se tkun imdawwla ghal-festi tal-Milied. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Niehdu l-kolazzjon u naqbdu triqatna lejn il-belt stupenda ta’ Assisi (li tinsab fir-reġjun tal-Umbria). F’din il-belt iddedikata lil San Franġisk inqattgħu ġurnata sħiħa. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u nitilqu lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon illum inżuru Offida fejn immorru passiġġata fiċ-ċentru ta’ dan ir-raħal magħruf ħafna għax-xogħol tal-bizzilla u fost l-oħrajn inżuru l-knisja maestuża ta’ Santa Maria della Rocca li tinsab imperrċa fuq sies għoli. Xħin joqrob nofsinhar nerħulha lejn Cantina fejn inkunu nistgħu nduqu l-inbejjed li jipproduċu (inkluza fil-prezz). Wara nofsinhar immorru fil-belt stupenda ta’ Fermo. Nagħmlu passiġġata fiċ-ċentru storiku fejn fost l-oħrajn inżuru c-Cisterne Romane, t-teatru u l-pjazza prinċipali li fiha jkun hemm il-Christmas markets. Hawn ikollna xi ħin liberu. Wara nirkbu l-kowċ u ninġabru lura għaċ-ċena.

Il-Hames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn Ruma fejn ikollna cans ta’ ftit sieghat nergghu nitpaxxew bil-monumenti li jżewqu din il-belt stupenda. Tard filghaxija niehdu t-titjira tal-Airmalta.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

BOOKING TERMS


Toscana & Liguria 2017 Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Contact

Phone: (+356) 79262249
Email: info@sisutours.com

New tour! Rome and the Abruzzo region. 1st November departure. Book now!