• admin@sisutours.com
  • +356 21564323

Easter in Veneto

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

4th April – 9th April, 2023

Prezzijiet għal kull persuna:

  • Adulti: €790
  • Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €700

Il-prezz jinkludi:

  • Titjiriet bl-Airmalta – Malta/Milan bir-ritorn 
  • Bagalji: 20kg check in, 10 kg hand luggage u handbag kull persuna
  • Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
  • L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
  • Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi) f’lukanda 4*
  • Servizz ta’ tour leader.

L-ewwel ġurnata

 Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan li titlaq 13.00. Fl-ajruport ta’ Milan insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna (4*) li tinsab fir-reġjun ta’ Veneto ftit il barra mill-belt ta’ Treviso. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.

It-Tieni ġurnata

Wara li nieħdu l-kolazzjon illum nitilqu lejn il-belt ta’ Padova fejn fost l-oħrajn ikollna l-opportunità nżuru il-bażilika ta’ Sant’Anton, il-Katidral, Piazza Prato della Valle li hija fost l-akbar fl-Italja u l-Orto Botanico. Wara nofsinhar  nitilqu lejn il-belt ta’ Romeo u Giulietta –  Verona, fejn ikollna l-opportunità fost affarijiet ohra naraw l-Arena, l-katidral, id-dar ta’ Giulietta u l-pjazez li jżewqu din-il-belt stupenda. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

It-Tielet ġurnata

Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ Treviso minn fejn nirkbu l-ferrovija (inkluża fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru il-belt unika u spettakolari ta’ Venezia fejn se nqattgħu ġurnata sħiħa. Fost l-ohrajn naraw Ponte Rialto, Ponte dei Sospiri u Piazza San Marco u jkollna ħin liberu niskopru t-toroq dojoq ta’ din il-belt unika u min irid jagħmel ukoll xi ftit shopping. Tard wara nofsinhar nerħulha lejn l-istazzjon ta’ Santa Lucia fejn naqbdu triqtna lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata

Wara l-kolazzjon nitilqu lejn iż-żona tad-Dolomiti (Alpi) fejn din id-darba se ngawdu x-xenarji tal-muntanji maestużi li aħna l-Maltin tant mixtiqin minnhom. Nieqfu fir-raħal popolari ta’ Cortina d’Ampezzo fejn ikollna l-opportunità nippassiggaw u ngawdu l-post bil-kumdità kollha. Wara nirkbu  l-kowċ u ngħaddu minn Passo Tre Croci u l-widien ta’ San Marco u Auronzo fejn inkunu nistgħu nitpaxxew b’xenarji tal-ħolm. Għal nofsinhar nieqfu  għal ikla tipika ta’ dawn l-inħawi ( inkluża fil-prezz).  Minn hawn nerħulha lejn il-belt ta’ Treviso fejn nqattgħu s-serata tagħna qalb il-ħwienet eleganti tagħha u l-knejjes u monumenti li jżewquha. Tard filgħaxija nirritornaw il-lukanda. Illum flok iċ- ċena inkluż fil-prezz ikollkom l-ikla ta’ nofsinhar.

Il-Ħames ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Garda. Illum il-group jinqasam fi tnejn. Min imur fil-park ta’ Gardaland (ħlas extra) u min ikollu eskursjoni ta’ din iż-żona ta’ din il-lake famuża. Matul il-ġurnata jkollna l-opportunità nitpaxxew bil-veduti sbieh li joffru l-irħula ta’ Sirmione u Bardolino. Tard wara nofsinhar nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon kmieni, u nitilqu lejn il-belt ta’ Milan. Hawn inqattgħu gurnata shiha fejn ingawdu ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt unika u żgur l-aħħar shopping ta’ din is-safra. Tard wara nofsinhar nirkbu l-kowċ lejn l-ajruport fejn naqbdu t-titjira tal-Airmalta li twassalna lura lejn Malta.

Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

BOOKING TERMS & CONDITIONS


Contact

Phone: (+356) 21564323 | 27564323
Email: admin@sisutours.com

Opening hrs:
Mon – Fri: 9 AM – 6 PM
Sat: 9 AM-12 PM

Toscana & Liguria Tour Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Give the gift of travel! Vouchers available.