• admin@sisutours.com
  • +356 21564323

2023 Easter Tour – Piemonte & Val d’Aosta

Piemonte & Valle d’Aosta Tour

Inżuru żoni li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

6 ta’ April – 11 ta’ April, 2023

Prezzijiet għal kull persuna:
• Adulti: €790
• Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €700

Il-prezz jinkludi:

    • Titjiriet bl-Airmalta – Malta/Milan bir-ritorn
    • Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
    • L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
    • Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi)
  • Servizz ta’ tour leader.

L-ewwel ġurnata                                                                                                         

Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan li titlaq f’12.55 u tasal Milan f’14.50. Fl-ajruport ta’ Milan, insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li hija 3 star (Hotel Parisi) u tinsab fir-reġjun ta’ Piemonte ġewwa l-belt ta’ Nichelino ftit minuti bogħod minn Turin. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena li hija 4 course bl-inbid u kafe inklużi. Wara l-ikel min ikun irid jrid jista’ joħroġ dawra żgħira mat-tour leader biex jambjenta ruħu aħjar mal-post.

It-Tieni ġurnata

Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fejn inżuru żona tal-Piemonte magħrufa bħala Langhe. Hawn inkunu nistgħu nitpaxxew b’veduti mill-isbaħ ta’ irħula u kastelli medjevali, għoljiet u għelieqi mimlija dwieli minn fejn jiġu ikkoltivati u prodotti l-aqwa inbejjed ta’ dan ir-Reġjun. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata

Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn ir-raħal ta’ Bardonecchia fejn inqattgħu in-nofs ta’nhar ta’ filgħodu. Bardonecchia huwa raħal ħelu fuq il-muntanji Alpi li ħafna jżuruh biex igawdu l-kwiet u ix-xenarji mill-isbaħ tal-muntanji u jipprattikaw l-isports tax-Xitwa. Nagħmlu passiġġata mar-raħal u min ikun jixtieq jista’ jitla’ fuq is-seggiovia (ħlas extra) minn fejn ikun jista’ jgawdi veduti aktar mill-għoli tal-muntanji li jżewqu dan il-post. Kmieni wara nofsinhar nitilqu lura lejn Turin fejn inżuru fost l-oħrajn Superga u il-Juventus Stadium. Min irid ikun jista’ jieħu tour tal-Juventus Stadium jew jidhol fil-Juventus Museum (ħlas extra) u l-oħrajn jistgħu imorru shopping fil-bosta ħwienet li hemm. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata

Palazzina di Stupinigi – Nichelino

Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna fiċ-ċentru ta’ Turin fejn se nagħmlu ġurnata niskopru din il-belt stupenda magħrufa għal monumenti, palazzi u knejjes barokki li tħaddan u għal bosta ħwienet fejn min iħobb is-shopping ikollu xalata sħiħa. Filgħaxija nerġgħu nirkbu l-kowċ li teħodna lura l-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fejn in-natura hija spettakolari. Nieqfu ġewwa Courmayeur fejn ikollna ċ-ċans nippassiġġaw u nammiraw il-post. Min irid jista’ jitla’ f’waħda mill-aktar cable cars moderni fid-dinja u jasal sa gholi ta’ aktar minn 3000 metru (ħlas extra). Din il-cable car ġiet inawgurata f’2015 u swiet 110 miljun ewro. Filgħaxija nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon kmieni, u nitilqu lejn il-belt ta’ Milan. Hawn inqattgħu in-nofs ta’nhar ta’ filgħodu ingawdu ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt unika u żgur l-aħħar shopping ta’ din is-safra. Wara nofsinhar nirkbu l-kowċ lejn l-ajruport ta’ Linate fejn f’15.40 naqbdu t-titjira tal-Airmalta li twassalna lura lejn Malta.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq (+356) 79262249 jew email info@sisutours.com

BOOKING TERMS & CONDITIONS


Contact

Phone: (+356) 21564323 | 27564323
Email: admin@sisutours.com

Opening hrs:
Mon – Fri: 9 AM – 6 PM
Sat: 9 AM-12 PM

Toscana & Liguria Tour Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Give the gift of travel! Vouchers available.