• admin@sisutours.com
  • +356 21564323

Spring/Summer Friuli, Austria u Slovenia

Tour fi Friuli, Austria u Slovenia

Inkunu noqogħdu ġewwa lukanda f’Fusine in Val Romana (Tarvisio/Italja) fil-konfini mal-Awstrija u Slovenja u nżuru postijiet fuq l-Alpi li mhumiex fil-mappa turistika konvenzjonali tat-turisti Maltin kif ukoll oħrajn li huma ferm popolari.

Tista’ tagħżel minn tlettax-il data.

1) 15 April – 22 April 2023
2) 22 April – 29 April 2023
3) 29 April – 6 May 2023
4) 27 May – 3 June 2023
5) 3 June – 10 June 2023
6) 24 June – 1 July 2023
7) 1 July – 8 July 2023
8) 8 July – 15 July 2023
9) 15 July – 22 July 2023
10) 26 August – 2 September 2023
11) 2 September – 9 September 2023
12) 9 September – 16 September 2023
13) 16 September – 23 September 2023

Prezzijiet għal kull persuna:
Adulti: €880
Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €780

Il-prezz jinkludi:

  • Titjiriet bl-Air Malta lejn Vienna bir-ritorn
  • Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
  • L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
  • Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi)
  • Servizz ta’ tour leader u ta’ gwidi tal-post matul l-eskursjonijiet.

L-ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta lejn Vienna. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-kowċ li se tkun magħna matul il-ġimgħa kollha. Fit-triq taghna lejn il-lukana jkollna eskursjoni tal-belt stupenda ta’ Graz. Il-kowċ tħallina fir-raħal ta’ Fusine in Val Romana (Tarvisio) fejn se jkollna l-lukanda li se tospitana. Se nkunu noqogħdu ġo lukanda tipika ta’ dawn in-naħat (Albergo al Sole) imdawrin bis-skiet u l- ġmiel tal-kampanja u l-muntanji.

It-Tieni ġurnata
Illum inqumu ftit aktar tard mis-soltu u min jixtieq jista’ jisma’ l-quddies fil-knisja tar-raħal  ta’ Fusine (10am). Wara l-quddies nerħulha lejn Dobratch (Slovenia) fejn jkollna l-opportunita’ nitpaxxew b’xenarji tal-ħolm. Filgħaxija bħas-soltu nerġgħu lura għaċ-ċena.

It- Tielet ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Ljubljana, il-kapitali tas-Slovenja. Hawn ikollna ġurnata sħiħa biex inżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża u jkollna ukoll ħin liberu. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni oħra ta’ ġurnata sħiħa qalb il-muntanji (Alpi) fejn fost l-oħrajn inżuru Lake Fusine, Rifugio Zacchi u Alpe Vecchia. Hawn ikollna ħin biex nagħmlu passiġġati qalb xenarji mill-isbaħ immexxija minn gwidi esperti tal-post. Filgħaxija nirritornaw il-lukanda pero’ llum iċ-ċena tkun f’ristorant karatteristiku mibni bl-injam  Capanna Edelweiss li qiegħed eżatt fuq waħda mill-lakes ta’ din iż-żona.

Il-Ħames ġurnata
Wara l-kolazzjon illum nidħlu l-Awstrija  u nżuru l-lakes taz-zona ta’ Carinzia. Wara mmorru fil-belt Awstrijaka ta’ Villach fejn wara li nżuru ċ-ċentru storiku jkollna ukoll xi ħin għas-shopping f’ċentru kummerċjali (Atrium). Hawn ukoll ikollna ċans nippassiġġaw u niskopru din iż-żona u nagħmlu passiġġati madwar ix-xenarji li jżewquha. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u mmorru lura għaċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Lake Bohjini u Lake Bled li jinsabu fi Slovenja fejn ikollna ġurnata sħiħa ngawdu l-pajsaġġ. Fi triqitna lura lejn il-lukanda nieqfu fir-raħal ta’ Kranjskja Gora fejn inqattgħu ftit ħin.  Wara nirkbu l-kowċ u nitilqu lura lejn il- lukanda għaċ-ċena.

Is-Seba’ ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u eżatt wara nibdew eskursjoni f’dawn ix-xenarji tal-ħolm fejn in-natura sovrana tpaxxi l-għajn u sserraħ il-menti ta’ dawk kollha li jafu japprezzawha. Nerħulha lejn Monte Lussari u Monte Cacciatore li jagħmlu parti mill-Alpi Giulie. Barra li ngawdu x-xenarji nżuru s-santwarju li huwa magħruf bħala s-santwarju tat-tliet popli għaliex huwa meta ta’ pellegrinaġġi għat-Taljani, għall-Awstrijaċi u anke għas-Sloveni. Minn hawn nistgħu naqbdu l-cable car (ħlas extra ta’ €10.50) u nitilgħu għoli ta’ 1,760 metri. Ikollna ħin liberu biex nippassiġġaw u ngawdu l-ambjent uniku ta’ dan il-post. Waranofsinhar nirkbu l-kowċ u mmorru nżuru l-Wied ta’ Val Salsera.  U l-belt ta’ Tarvisio. Xħin isir il-ħin immorru lura l- lukanda għaċ-ċena.

It-Tmien ġurnata
Filghodu kmieni nirkbu l-kowc u nerhulha lejn l-ajruport ta’ Vienna minn fejn naqbdu t-titjira Airmalta li tehudna lura d-dar. 

 

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq (+356) 79262249 jew email info@sisutours.com

BOOKING TERMS & CONDITIONS

 

 

 

 

 


Contact

Phone: (+356) 21564323 | 27564323
Email: admin@sisutours.com

Opening hrs:
Mon – Fri: 9 AM – 6 PM
Sat: 9 AM-12 PM

Toscana & Liguria Tour Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Give the gift of travel! Vouchers available.