• admin@sisutours.com
  • +356 21564323

Hungary with a touch of Slovakia

HUNGARY WITH A TOUCH OF SLOVAKIA

Tour 1: 3 – 8 ta’ Ottubru
Tour 2: 8 – 13 ta’ Ottubru

Adulti: €790
Tfal bejn 2 u 11- il sena: €720

Prezz jinkludi:

  • Flights Airmalta lejn Vienna (taxxi inklużi)
  • Bagalja 20kg, hand luggage 10kg u handbag kull persuna
  • Hotel  half board – Aqua Villa – ġewwa Eger (inbid u ilma nklużi)
  • Hotel City tax
  • Transfers u eskursjonijiet kollha skont il-programm
  • Wine tasting
  • River cruise f’Budapest
  • Horse show
  • Servizz ta’ Tour leader/s 

L-ewwel ġurnata

 Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Vienna li titlaq 7.10. Fl-ajruport ta’ Vienna nsibu kowċ privat jistenniena. L-ewwel waqfa tagħna tkun fil-kapitali Ungeriza ta’ Budapest fejn ikollna l-ewwel eskursjoni fil-parti ta’ Buda. Hawn fost affarijiet oħra nżuru ċ-Ċittadella, Buda Castle, Matthias Church u Fisherman’s Bastion. Nagħmlu wkoll river cruise fuq ix-xmara Danubju (inkluza fil-prezz). Wara nirkbu l-coach u nerħulha lejn il-lukanda li se tospitana u li tinsab ftit ‘il barra minn Budapest ġo belt ħelwa jisimha Eger magħrufa ħafna għall- produzzjoni tal-inbid. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.

Czech City of Cheb. Marketplace with Historical Buildings

It-Tieni ġurnata

Wara l-kolazzjon nohorgu mill-lukanda u mmorru niskopru c-centru storiku tal-belt ta’ Eger. Fost l-ohrajn inzuru l-Kastell ta’ Eger (hlas extra), is-Suq, il- Minaret, St. John Cathedral u Dobo Square. Hawn ikollna wkoll hin liberu ghas-shopping. Ghal habta ta’ nofsinhar nzuru Toth Ferenc Winery fejn barra li naghmlu tour tal-kantina jkollna l-opportunità ta’ wine tasting mdawwra b’xenarji ta’ dwieli kull fejn thares. Wara din l-esperjenza unika mmorru nistriehu ftit il-lukanda biex imbaghad nergghu nohorgu u mmorru f’dak li huwa msejjah The valley of the Beautiful Woman fejn ikollna l-ikla ta’ filghaxija. Wara l-ikel u gurnata mimlija daqs bajda il-coach tehodna lura l-lukanda ghal mistrieh misthoqq.

It-Tielet ġurnata

Wara li nieħdu l-kolazzjon illum nibdlu l-pajjiż u nitilqu lejn Slovakia fejn inżuru l-belt ta’ Kosice. Hawn ikollna l-opprtunità nduru maċ-ċentru storiku ta’ din il-belt kif ukoll s-shopping mal- Aupark. Waranofsinhar nerġgħu nidħlu l-Ungerija u mmorru’ Lillafüred fejn ikollna ċans ingawdu natura mill-isbaħ fosthom Hámori lake u Szinva waterfall. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u nerġgħu nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa lejn il-belt ta’ Budapest fejn però din id-darba jkollna l-opportunità nżuru l-parti ta’ Pest. Fost affarijiet oħra jkollna l-opportunità nammiraw il-Parlament, St. Stephen’s Basilica, Danube Promenade, Heroes’ Square, Central Market Hall u oħrajn. Hawn ma jistax jonqos  xi ftit shopping fit-triqat principali tal-belt. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u llum nitilqu lejn l-park nazzjonali ta’ Hortobágy fejn ikollna l-opportunità nassistu għal show ta’ żwiemel (inkluż fil-prezz)li tant huma magħrufin għalih f’ dan il-pajjiż. Wara mmorru fil-park naturali ta’ Szilvásvárad fejn inkunu nistgħu ngawdu natura inkontaminata u nitpaxxew bix-xenarji li joffri dan il-post. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon kmieni filgħodu u nitilqu lejn l-ajruport ta’ Vienna, fejn nieħdu t-titjira tal-Airmalta li twassalna lura Malta kmieni waranofsinhar.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

BOOKING TERMS


Contact

Phone: (+356) 21564323 | 27564323
Email: admin@sisutours.com

Opening hrs:
Mon – Fri: 9 AM – 6 PM
Sat: 9 AM-12 PM

Toscana & Liguria Tour Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Give the gift of travel! Vouchers available.