• info@sisutours.com
  • +356 79262249

Juventus vs Empoli Tour – October 2022

20 – 23 OCTOBER, 2022

Naraw il-loghba tal-Juventus u inzuru Turin, Superga, Alba u Milan.

Prezz: €775* li jinkludi:

  • Titjiriet Airmalta (20kg checkin, 10kg hand luggage u handbag kull persuna)
  • Biljetti tal-loghba li jinkludu l-membership u tessera del tifoso 
  • Lukanda half board (bfast & 4 course meal bl-inbid u ilma inkluzi) u dakinhar tal-loghba l-ikla ta’ nofsinhar f’ristorant tipiku
  • Transfers u eskursjonijiet kollha skont il-programm
  • Servizz ta’ tour leader

*Il-prezz ikun ta’ €650 ghal min jaghzel li ma jarax il-loghba.

L-ewwel ġurnata

 Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan. Fl-ajruport ta’ Milan, insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li hija 3 star (Hotel Parisi) u tinsab fir-reġjun ta’ Piemonte  ġewwa l-belt ta’ Nichelino  ftit minuti bogħod minn Turin. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u ninżlu  għaċ-ċena li hija 4 course bl-inbid u kafe inklużi. 

It-Tieni ġurnata

Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata fejn inżuru  żona tal-Piemonte magħrufa bħala Langhe. Hawn inkunu nistgħu nitpaxxew b’veduti mill-isbaħ ta’ irħula u kastelli medjevali, għoljiet u għelieqi mimlija  dwieli minn fejn jiġu kkoltivati u prodotti l-aqwa inbejjed ta’ dan ir-Reġjun.  Hawn ikollna l-ikla ta’ nofsinhar f’ristorant tipiku tal-post (inkluza fil-prezz).  Waranofsinhar nitilqu lura lejn Turin fejn immorru l-Juventus Stadium  (Allianz Arena) u nassistu ghal-loghba bejn Juventus u Empoli (biljetti inkluzi fil-prezz). Wara l-loghba nirkbu l-coach privata u ningabru l-lukanda.

It-Tielet ġurnata

Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna fiċ-ċentru ta’ Turin fejn se nagħmlu ġurnata niskopru din il-belt stupenda magħrufa għal monumenti, palazzi u knejjes barokki li tħaddan u għal bosta ħwienet fejn min iħobb is-shopping ikollu xalata sħiħa. Waranofsinhar inżuru l-knisja ta’ San Giovanni Bosco li twieled u għex f’din il-belt u wara nitilghu Superga. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon kmieni, u nitilqu lejn il-belt ta’ Milan. Hawn inqattgħu gurnata shiha fejn  ingawdu ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt unika u żgur l-aħħar shopping ta’ din is-safra. Tard wara nofsinhar nirkbu l-kowċ  lejn l-ajruport fejn naqbdu t-titjira tal-Airmalta li twassalna lura lejn Malta.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

BOOKING TERMS & CONDITIONS


Toscana & Liguria Tour Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Contact

Phone: (+356) 79262249
Email: info@sisutours.com

Give the gift of travel! Vouchers available.