• info@sisutours.com
  • +356 79262249

London Tour

26 ta’ Dicembru – 29 ta’ Dicembru 2019

  • Titjiriet tal-Airmalta lejn Heathrow bir-ritorn.
  • Hand luggage 10kg u bagalja ta’ 20kg.
  • Lodging bed & breakfast f’lukanda fiċ-ċentru ta’ Londra (Covent Garden)
  • Transfers u excursions b’coach privat
  • Taxxi tal-ajru u Service charge
  • Servizz ta’ tour manager (Mark Saliba) il-ħin kollu matul l-erbat ijiem sħaħ.
  • Madame Toussad, Musical u London Eye mhumiex obligatorji, biss min irid javżana qabel (ħlas addizzjonali).

Prezz

€700 (adulti)
€625 (tfal taħt il-ħdax il-sena)

Programm Dettaljat

Opportunita’ unika li żżur il-belt ta’ Londra fl-isbaħ żmien tas-sena fejn ser naraw uħud mill-aqwa Landmarks magħrufa mad-dinja kollha kif ukoll ikollna ħin għax-shopping fl-aqwa stabbilimenti bħal Oxford Street, Westfield Shopping Centre u Camden Market bil-kumdita ta’ lukanda fiċ-ċentru kif ukoll coach privat.

L-Ewwel ġurnata

L-Erbgħa 26 ta’ Diċembru

Niltaqgħu fil-ħamsa ta’ filgħodu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Ser naqbdu t-titjira tal-Airmalta lejn Heathrow Airport li titlaq fit-tmienja neqsin ħamsa ta’ filgħodu. Il-flight ser tieħu madwar tliet sigħat. Wara li niġbru l-bagalji, nirkbu coach privat li ser jeħodna Camden Town fejn ser inżuru wieħed mill-aktar swieq famużi ta’ Londra, Camden Market. Ser ikun hemm ħin għax-shopping kif ukoll min irid jista’ jiekol mill-ħafna stands li jsib f’dan is-suq. Ġeneralment il-January Sales jibdew illum.

Għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar ser nerġgħu nirkbu l-coach privat li ser jeħodna Westfield Shopping Centre f’Shepard’s Bush, fejn ser ikollna ħin għax-shopping. F’dan il-kumpless issibu kull tip ta’ ħanut li tistgħu timmaġinaw taħt saqaf wieħed. Min irid jista’ jiekol ukoll peress li nsibu bosta ħwienet tal-ikel kif ukoll food court.

Fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija ser nitilqu lejn il-lukanda tagħna fiċ-ċentru ta’ Londra. Wara li nagħmlu ċ-check in ser immorru dawra fiċ-ċentru ta’ Londra fejn ser ngħaddu minn quddiem ir-Royal Opera House, Covent Garden, Jubilee Market, Leicester Square, Piccadilly Circus u China Town. Ser ikollna ċans uniku li naraw it-tiżjin tal-Milied stupend ta’ Regent Street. 

It-Tieni Ġurnata

Il-Ħamis 27 ta’ Diċembru

Għall-ewwel parti tal-ġurnata ser ninqasmu f’żewġ gruppi.

Grupp A ser jitlaq mil-lukanda fis-sebgħa u nofs ta’ filgħodu (wara l-kolazzjon) u jimxi tul Oxford Street lejn Marble Arch.   Minn hemmhekk ser ikun hemm ħin għax-shopping.

Grupp B ser nitilqu lejn Madame Toussad fit-tmienja u nofs ta’ filgħodu (wara l-kolazzjon). Mixja ta’ madwar għoxrin minuta.

Fil-ħamsa ta’ filgħaxija ser nitilqu mil-lukanda fejn ser immorru WinterWonderland f’HydePark. Id-dħul f’Hyde Park huwa bxejn. Tridu tħallsu r-rides individwalment. Dan il-park jintrama għal-żmien il-Milied u huwa wieħed mill-isbaħ parks fl-Ewropa.

Għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija ser nirritornaw lura lejn il-lukanda.

It-Tielet Ġurnata

Il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru.

Għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu (wara l-kolazzjon) ser nitilqu mixja lejn Trafalgar Square, u nibqgħu sejrin West Minister Abby fejn ser naraw il-Big Ben u l-London Eye. Minn hemmekk ser immorru lejn Buchingam Palace fejn ser naraw iċ-Changing of the Guards (jekk it-temp jippermetti). Ser ikun hemm ħin biex tieħdu ritratti ta’ dan il-munument meraviljuż kif ukoll induru fi Green Park u Saint James Park.

Għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar ser nerġgħu ninqasmu f’żewġ gruppi.

Grupp A ser imur shopping f’Regent Street.

Grupp B ser imur ħdejn il-London Eye, il-London Aquarium jew xi canal cruise.

Fis-sebgħa ta’ filgħaxija ser niltaqgħu biex immorru Musical.

Ir-Raba’ ġurnata.

Is-Sibt 29 ta’ Diċembru

Fit-tmienja ta’ filgħodu ser immorru għal-last minute shopping. Fil-ħdax ta’ filgħodu ser nagħmlu ċ-check out u wara ser naqbdu coach privat li ser jeħodna sightseeing ħdejn it-Tower of london, il-London Bridge u l-HMS Belfast.

Għal-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar ser inżuru l-istabiliment kummerċjali ta’ Harrods f’Nightsbridge li huwa ikona f’Londra.

Fl-erbgħa u nofs ser niltilqu lejn Heathrow fejn ser nirkbu it-titjira tal-Airmalta lejn malta fit-tmienja u nofs.

Naslu lura Malta għal ħabta ta’ nofsilejl u għoxrin.


Toscana & Liguria 2017 Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Contact

Phone: (+356) 79262249
Email: info@sisutours.com

New tour! Rome and the Abruzzo region. 1st November departure. Book now!