Tour Kulturali u Gastronomiku f’Marche & Umbria

Your home in the Marche region – Agriturismo Vecchio Gelso
Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll tlieta mill-aqwa santwarji tad-dinja (Vatikan, Assisi u Loreto)
Tista’ tagħżel minn żewġ dati.
1) 1 September – 8 September 2023
2) 8 September – 15 September 2023
Prezzijiet għal kull persuna:
Adulti: €880
Tfal taħt it-12 – il sena: €780
Il-prezz jinkludi:
-
- Titjiriet bl-Air Malta – Malta/Ruma/Malta
-
- Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
-
- L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
-
- Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi)
-
- Servizz ta’ tour leader u ta’ gwidi tal-post matul l-eskursjonijiet
Tour Leader: Lelio Spiteri

Ponte Sant’Angelo – Rome
L-ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta li teħodna Ruma. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-kowċ li se tkun magħna matul il-ġimgħa kollha. Il-kowċ tħallina fiċ-ċentru ta’ din il-belt meraviljuża u hawn inqattgħu ftit sigħat inżuru l-belt tal-Vatikan u t-teżori li tħaddan. Fl-4pm nerġgħu nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn ir-raħal ta’ Ortezzano fir-reġjun ta’ Marche. Nissetiljaw fil-kmamar tal-Agriturismi li se jospitawna u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita’ unika li nibdew induqu ir-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inkluż dejjem fil-prezz matul iċ-ċena flimkien mal-ilma). Se nkunu noqogħdu ġo Agriturismi imdawrin bis-skiet u l-ġmiel tal-kampanja.
It-Tieni ġurnata

Piazza del Popolo – Offida
Nieħdu l-kolazzjon u eżatt wara jkollna preżentazzjoni (permezz ta’ video qasir) tar-reġjun Marche li se nkunu qed niskopru matul il-vaganza tagħna. Imbagħad nibdew l-ewwel żjara tagħna f’Offida fejn immorru passiġġata fiċ-ċentru ta’ dan ir-raħal magħruf ħafna għax-xogħol tal-bizzilla u fost l-oħrajn inżuru l-knisja maestuża ta’ Santa Maria della Rocca li tinsab imperrċa fuq sies għoli. Xħin joqrob nofsinhar nerħulha lejn Cantina Poderi dei Colli fejn inkunu nistgħu nduqu l-inbejjed li jipproduċu. Wara ikun imiss li nżuru il-belt stupenda ta’ Ascoli Piceno. Nippassiġġaw fiċ-ċentru storiku tagħha li huwa mogħni bi pjazez u monumenti mill-isbaħ u jkun hemm ukoll ħin liberu. Xħin isir il-ħin nerġgħu nirkbu l-kowċ u mmorru lura għaċ-ċena.
It-Tielet ġurnata

Grotte di Frasassi
Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Grotte di Frasassi. Dawn huma l-akbar għerien ġol-muntanji fl-Ewropa u ż-żjara tagħhom li ddum 75 minuta hija verament unika u impressjonanti. Wara li nżuru Frasassi naqbdu triqatna lejn ċentru kummerċjali kbir fejn ikun hemm ħin abbundanti għas-shopping. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.
Ir-Raba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon inżuru l-Oleificio Agostini fejn ikollna ċ-ċans naraw kif jinħadem, induqu u nixtru ż-żejt taż-żebbuġa li tant huma rinomati għalih. Minn hawn immorru nżuru ir-raħal ta’ Petritoli fejn insibu lis-Sindku jistenniena biex jagħtina merħba. Wara li niltaqgħu mas-Sindku jkollna ċans induru ma’ dan ir-raħal medjevali. Kmieni wara nofsinhar nitilqu lejn il-belt ta’ Fermo fejn ikun hemm il-gwida tal-post tistenniena. Nagħmlu passiġġata fiċ-ċentru storiku fejn fost l-oħrajn inżuru t-teatru u l-pjazza prinċipali. Hawn ikollna xi ħin liberu. Wara nirkbu l-kowċ u ninġabru lura għaċ-ċena.

The village of Petritoli – Marche Region
Il-Hames ġurnata
Niehdu l-kolazzjon u naqbdu triqatna lejn il-belt stupenda ta’ Assisi (li tinsab fir-reġjun tal-Umbria). F’din il-belt iddedikata lil San Franġisk inqattgħu ġurnata sħiħa. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u nitilqu lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.

Basilica di San Francesco – Assisi
Is-Sitt ġurnata
Wara l-kolazzjon illum inżuru r-raħal li qed jospitana (Ortezzano). Xħin joqrob nofsinhar immorru ġo azienda agricola li tipproduci ‘frutta sciroppata’, ‘marmellata’ u ‘vino cotto’. Hawn ikollna l-opportunita’ li nduqu dawn il-prodotti u naraw kif jiġu proċessati. Kmieni wara nofsinhar nitilqu lejn il belt ta’ Loreto fejn fost affarijiet oħra hemm is-santwarju iddedikat lill-Madonna u li hemm devozzjoni kbira lejha. Hawn ikollna wkoll xi ħin liberu biex inkomplu niskopru din il-belt. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u mmorru lura għaċ-ċena.

Santuario della Santa Casa di Loreto
Is-Seba’ ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u l-ewwel waqfa tagħna tkun fis-Salumificio Puzielli fejn ikollna dimostrazzjoni ta’ kif jiġu magħmula s-‘salumi’. Ovvjament anke hawn inkunu nistgħu nduqu u nippruvaw il-bonta’ ta’ dawn il-prodotti. Minn hawn immorru lejn raħal ieħor li jismu Campofilone li huwa maghruf ghal ‘maccherroncini’ li huma kwalita’ partikolari ta’ għaġin li jipproduċu. F’dan ir-raħal ikollna ċans induquh ġewwa fabbrika fejn jiġi magħmul. Wara Campofilone nerħulha lejn ir-raħal ta’ Belmonte Piceno. Fost l-oħrajn hawn inżuru ‘caseificio’, jiġifieri post fejn jigi ipproċessat il-ġobon. Hawn ukoll ma jonqosx li nduqu dawn il-prodotti tipiċi. Minn hawn immorru nżuru ukoll birrerija agrikola u min irid ikun jista’ jduq u jkompli jpaxxi l-palat tiegħu. Wara ninġabru lura fl–Agriturismo għaċ-ċena.

One of our pasta tasting sessions
It-Tmien ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn Ruma fejn ikollna cans ta’ ftit sieghat nergghu nitpaxxew bil-monumenti li jżewqu din il-belt stupenda. Tard filghaxija niehdu t-titjira tal-Airmalta.
*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.
Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq (+356) 79262249 jew email info@sisutours.com