• admin@sisutours.com
  • +356 21564323

Napoli, Amalfi Coast, Capri & Pietrelcina April Tour

Napoli. Amalfi, Positano, Capri, Pietrelcina (Padre Pio), u aktar.

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

Photo by Francesco Baerhard

 28 t’April – 3 ta’ Mejju

Adulti: €790

Tfal bejn 2 u 11- il sena: €700

Prezz jinkludi:

  • Flights Airmalta (taxxi inklużi)
  • Bagalja 20kg, hand luggage 10kg u handbag kull persuna
  • Hotel 4* half board (inbid u ilma inklużi)
  • Hotel City tax
  • Transfers u eskursjonijiet kollha skont il-programm
  • Dgħajsa bir-ritorn għal Capri, Amalfi u Positano
  • Servizz ta’ Tour leader 

L-ewwel ġurnata

 Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Napli li titlaq 14.40. Fl-ajruport ta’ Napli insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna (Hotel Lemi 4*) li tinsab ġewwa Torrecuso fil-provinċja ta’ Benevento fir-reġjun Campania. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.

It-Tieni ġurnata

Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu  lejn Salerno minn fejn naqbdu d-dgħajsa għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa ta’ Amalfi u Positano li huma żewġ irħula popolari ħafna fil-Costiera Amalfitana (ħlas tad-dgħajsa inkluż fil-prezz). Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Filgħaxija nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

It-Tielet ġurnata

Wara li nieħdu l-kolazzjon illum nitilqu lejn iż-żona tad-dwieli fil-provinċja ta’ Benevento li tissejjaħ Sannio. Hawnhekk ikollna l-opportunità ngawdu minn veduti mill-isbaħ ġewwa dwieli ma jaqtgħu xejn. Illum flok l-ikla ta’ filgħaxija noffrulkom l-ikla ta’nofsinhar (inkluża fil-prezz) ġewwa agriturismo mdawwar bid-dwieli. Wara l-ikel nerħulha lejn Pietrelcina magħruf aħjar bħala r-raħal li fih twieled u għex parti minn ħajtu l-qaddis popolari Padre Pio ta’ Pietrelcina. Hawn ikollna ċans ingawdu dan il-post karatteristiku u nesperjenzaw d-devozzjoni lejn dan il-qaddis kbir tal-knisja kattolika. Minn Pietrelcina nerħulha lejn il-belt ta’ Benevento fejn ikollna l-opportunità nippassiġġaw mal-pjazez u monumenti li jżewquha. F’din il-belt ukoll ma jonqosx li jkollna ħin liberu għas-shopping. Tard filgħaxija nirkbu l-kowċ u nirritornaw il-lukanda wara ġurnata oħra mimlija daqs bajda.

Photo by Janis Beitins

Ir-Raba’ ġurnata

Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna lejn il-belt meraviljuza ta’ Napli fejn inqattgħu ġurnata sħiħa. Hawn ikollna l-ħin nammiraw il-monumenti u x-xenarji li hija mogħnija bihom din il-belt fosthom il-vulkan maestuż ta’ Vesuvio. Ovvjament anke hawn ikun hemm opportunità tajba ħafna ta’ shopping madwar iċ-ċentru storiku ta’ din il-belt. Tard waranofsinhar naqbdu triqtna lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Photo by Tom Podmore

Il-Ħames ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u nerġgħu nitilqu lejn il-belt ta’ Napli fejn però din id-darba naqbdu dgħajsa (inkluża fil-prezz) biex immorru fuq il-gżira ta’ Capri. Capri forsi hija l-aktar gżira turistika magħrufa fid-dinja għall-ħajja esklussiva li toffri u x-xenarji uniċi. Hawnhekk inqattgħu ġurnata sħiħa. Tard waranofsinhar nerġgħu nirkbu d-dgħajsa li teħodna lura Napli fejn ikun hemm il-coach tistenniena. Illum iċ-ċena tkun barra mil-lukanda u fiha nkunu nistgħu ngawdu fost affarijiet oħra l-pizza unika li kapaċi jagħmlu f’dawn in-naħat (dejjem inkluża fil-prezz).

Photo by Letizia Agosta

Is-Sitt ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn l-ajruport ta’ Napli, fejn nieħdu t-titjira tal-Airmalta li twassalna lura Malta tard waranofsinhar.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

BOOKING TERMS & CONDITIONS


Contact

Phone: (+356) 21564323 | 27564323
Email: admin@sisutours.com

Opening hrs:
Mon – Fri: 9 AM – 6 PM
Sat: 9 AM-12 PM

Toscana & Liguria Tour Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Give the gift of travel! Vouchers available.