Napoli. Amalfi, Positano, Capri, Pietrelcina (Padre Pio), Reggia di Caserta, Pompei u aktar. Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

Tour 1) 10 – 17 ta’ Lulju
Tour 2) 15 – 22 ta’ Settembru
Adulti: €890
Tfal bejn 2 u 11- il sena: €800
Prezz jinkludi:
- Flights Airmalta (taxxi inklużi)
- Bagalja 20kg, hand luggage 10kg u handbag kull persuna
- Hotel 4* half board (inbid u ilma inklużi)
- Hotel City tax
- Transfers u eskursjonijiet kollha skont il-programm
- Dgħajsa bir-ritorn għal Capri, Amalfi u Positano
- Servizz ta’ Tour leader
L-ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Napli li titlaq 14.40. Fl-ajruport ta’ Napli insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna (Hotel Lemi 4*) li tinsab ġewwa Torrecuso fil-provinċja ta’ Benevento fir-reġjun Campania. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.
It-Tieni ġurnata
Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn Salerno minn fejn naqbdu d-dgħajsa għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa ta’ Amalfi u Positano li huma żewġ irħula popolari ħafna fil-Costiera Amalfitana (ħlas tad-dgħajsa inkluż fil-prezz). Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Filgħaxija nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.
It-Tielet ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon illum nitilqu lejn iż-żona tad-dwieli fil-provinċja ta’ Benevento li tissejjaħ Sannio. Hawnhekk ikollna l-opportunità ngawdu minn veduti mill-isbaħ ġewwa dwieli ma jaqtgħu xejn. Illum flok l-ikla ta’ filgħaxija noffrulkom l-ikla ta’nofsinhar (inkluża fil-prezz) ġewwa agriturismo mdawwar bid-dwieli. Wara l-ikel nerħulha lejn Pietrelcina magħruf aħjar bħala r-raħal li fih twieled u għex parti minn ħajtu l-qaddis popolari Padre Pio ta’ Pietrelcina. Hawn ikollna ċans ingawdu dan il-post karatteristiku u nesperjenzaw d-devozzjoni lejn dan il-qaddis kbir tal-knisja kattolika. Minn Pietrelcina nerħulha lejn il-belt ta’ Benevento fejn ikollna l-opportunità nippassiġġaw mal-pjazez u monumenti li jżewquha. F’din il-belt ukoll ma jonqosx li jkollna ħin liberu għas-shopping. Tard filgħaxija nirkbu l-kowċ u nirritornaw il-lukanda wara ġurnata oħra mimlija daqs bajda.
Ir-Raba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna lejn il-belt meraviljuża ta’ Napli fejn inqattgħu ġurnata sħiħa. Hawn ikollna l-ħin nammiraw il-monumenti u x-xenarji li hija mogħnija bihom din il-belt fosthom il-vulkan maestuż ta’ Vesuvio. Ovvjament anke hawn ikun hemm opportunità tajba ħafna ta’ shopping madwar iċ-ċentru storiku ta’ din il-belt. Tard waranofsinhar naqbdu triqtna lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nerġgħu nitilqu lejn il-belt ta’ Napli fejn però din id-darba naqbdu dgħajsa (inkluża fil-prezz) biex immorru fuq il-gżira ta’ Capri. Capri forsi hija l-aktar gżira turistika magħrufa fid-dinja għall-ħajja esklussiva li toffri u x-xenarji uniċi. Hawnhekk inqattgħu ġurnata sħiħa. Tard waranofsinhar nerġgħu nirkbu d-dgħajsa li teħodna lura Napli fejn ikun hemm il-coach tistenniena. Illum iċ-ċena tkun barra mil-lukanda u fiha nkunu nistgħu ngawdu fost affarijiet oħra l-pizza unika li kapaċi jagħmlu f’dawn in-naħat (dejjem inkluża fil-prezz).
Is-Sitt ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Reggia di Caserta. Dan huwa palazz spettakolari b’ġonna mill-isbaħ (ħlas tad-dhul extra). Dan huwa l-akbar palazz Rjali fid-dinja u huwa patrimonju Mondjali UNESCO. Hawn ikollkom ċans idduru mal-palazz u mal-ġonna tiegħu u tirrilassaw f’dan l-ambjent uniku.Waranofsinhar nerħulha lejn iċ-ċentru kummerċjali Campania fejn tistgħu tagħmlu ftit shopping mill-aqwa. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Is-Seba’ ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Pompei. Hawn ikollna l-opportunità nidhlu (ħlas extra) fil-belt rumana li giet mirduma mil-lava tal-vulkan Vesuvio. Anke din il-belt rumana hija patrimonju UNESCO u fiha wieħed jista’ jara u jgħix il-grandezza tal-Imperu Ruman. Ikollna wkoll l-opportunita’ nżuru s-Santwarju ddedikat lill- Madonna ta’ Pompei. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

It-Tmien gurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn l-ajruport ta’ Napli, fejn nieħdu t-titjira tal-Airmalta li twassalna lura Malta tard waranofsinhar.
*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.