• admin@sisutours.com
  • +356 21564323

New Year in Piemonte & Valle d’Aosta

Inżuru żoni li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

29 ta’ Dicembru  2023 sa 3 ta’ Jannar 2024

Prezzijiet għal kull persuna:

  • Adulti: €860
  • Tfal taħt it-12 – il sena: €800

Il-prezz jinkludi:

  • Titjiriet bl-Air Malta – Malta/Milan/Malta
  • Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
  • L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
  • Half board (kolazzjon, cena, ilma u nbid inkluzi)
  • Ikla tal-ahhar tas-sena
  • Servizz ta’ tour leader

L-ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan li titlaq kmieni waranofsinhar. Fl-ajruport ta’ Milan, insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li hija 3 star (Hotel Parisi) u tinsab fir-reġjun ta’ Piemonte  ġewwa l-belt ta’ Nichelino  ftit minuti bogħod minn Turin. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u ninżlu  għaċ-ċena li hija 4 course bl-inbid u ilma inklużi.

Basilica de Superga – Turin

It-Tieni ġurnata
Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna fiċ-ċentru ta’ Turin fejn se nagħmlu ġurnata niskopru din il-belt stupenda magħrufa għal monumenti, palazzi u knejjes barokki li tħaddan u għal bosta ħwienet fejn min iħobb is-shopping ikollu xalata sħiħa. Tard wara nofsinhar inżuru Superga u l-knisja ta’ San Giovanni Bosco li twieled u għex f’din il-belt. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu għal eskursjoni fejn inżuru  żona tal-Piemonte magħrufa bħala Langhe. Hawn inkunu nistgħu nitpaxxew b’veduti mill-isbaħ ta’ irħula u kastelli medjevali, għoljiet u għelieqi mimlija  dwieli minn fejn jiġu kkoltivati u prodotti l-aqwa inbejjed ta’ dan ir-Reġjun. F’ nofsinhar nibqghu sejrin fir-ristorant li se jospitana ghall-ikla tal-ahhar tas-sena (inkluza fil-prezz) fejn inkunu nistghu niccelebraw flimkien il-wasla tas-sena l-gdida. Wara l-ikla nerhulha lejn il-lukanda fejn nkunu nistghu nistriehu ftit. Filghaxija nergghu nirkbu l-coach u nerhulha lejn il-Belt ta’ Turin fejn inkunu nistghu niccelebraw il-wasla tas-sena l-gdida fil-pjazez stupendi taghha.

Courmayeur – Valle d’Aosta

Ir-Raba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn ir-raħal ta’ Bardonecchia fejn inqattgħu in-nofs ta’nhar ta’ filgħodu. Bardonecchia  huwa raħal ħelu fuq il-muntanji Alpi li ħafna jżuruh biex igawdu l-kwiet u ix-xenarji mill-isbaħ tal-muntanji u jipprattikaw l-isports tax-Xitwa. Nagħmlu passiġġata mar-raħal u min ikun jixtieq jista’ jitla’ fuq is-seggiovia (ħlas extra) minn fejn ikun jista’ jgawdi veduti aktar mill-għoli tal-muntanji li jżewqu dan il-post. Wara nofsinhar nerhulha lejn lake Avigliana fejn hawn ukoll inkunu nistghu nkomplu nirrilassaw u ngawdu n-natura. Wara mmorru nzuru s-shopping centre Lingotto u Eataly.  Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Mont Blanc

Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fejn in-natura hija spettakolari. Nieqfu ġewwa Courmayeur fejn ikollna ċ-ċans nippassiġġaw u nammiraw il-post. Min irid jista’ jitla’ f’waħda mill-aktar cable cars moderni fid-dinja u jasal sa gholi ta’ aktar minn 3000 metru (ħlas extra). Din il-cable car ġiet inawgurata f’2015 u swiet 110 miljun ewro. Wara Courmayeur nerhulha lejn il-belt ħelwa ta’ Aosta.  Filgħaxija nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Galleria Vittorio Emanuele II – Milan

Is-Sitt ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni, u nitilqu lejn il-belt ta’ Milan. Hawn inqattgħu in-nofs ta’nhar ta’ filgħodu  ingawdu ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt unika u żgur l-aħħar shopping ta’ din is-safra. Wara nofsinhar nirkbu l-kowċ  lejn l-ajruport ta’ Linate fejn f’15.15 naqbdu t-titjira tal-Airmalta li twassalna lura lejn Malta.

Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq (+356) 21564323 | 
(+356) 27564323 jew email admin@sisutours.com

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

BOOKING TERMS


Give the gift of travel! Vouchers available.