• info@sisutours.com
  • +356 79262249

Rome & Abruzzo Long Weekend

Tour f’Ruma u fir-Reġjun ta’ Abruzzo (09 – 12 ta’ Frar, 2023)

Inżuru l-belt unika ta’ Ruma kif ukoll postijiet fir-reġjun tal-Abruzzo li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali.

Prezzijiet għal kull persuna:
– Adulti: €590
– Tfal minn 2 sa 11 – il sena: €500

Il-prezz jinkludi:
• Titjiriet bl-Air Malta – Malta/Ruma/Malta (20 kg check in and 10 kg hand luggage)
• Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
• L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
• Hotel 4 star bil-kolazzjon (Hotel Cristoforo Colombo)
• City tax tal – lukanda (€6 per person per day)
• 3 ikliet – 2 f’ristorant fic-centru ta’ Ruma u ohra fl-Abruzzo
• Servizz ta’ tour leader

L-ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta filgħodu kmieni biex nirkbu t-titjira Airmalta (7.50am) li teħodna Ruma. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-kowċ li se tkun magħna matul l-erbat ijiem li se nqattgħu flimkien. Nissetiljaw fil-lukanda li hija waħda 4 star (Hotel Cristoforo Colombo) u li tinsab ftit minuti ‘l barra miċ-ċentru ta’ Ruma.  Eżatt wara nerġgħu nirkbu l-kowċ li  fi ftit minuti tħallina fiż-żona tal-Belt tal-Vatikan. Hawn inqattgħu ftit sigħat inżuru din il-belt u t-teżori li tħaddan fosthom il-Basilika ta’ San Pietru, il-Qabar ta’ Gwanni Pawlu t-tieni, Kastell Sant’ Anġlu eċċ. Wara mmorru għall-ewwel ikla tagħna f’wieħed mill-ħafna ristoranti ta’ din il-belt meraviljuża (inkluża fil-prezz).  Wara l-ikel ikollna l-opportunita’ nagħmlu l-ewwel dawra fil-kowċ fiċ-ċentru ta’ Ruma u naraw il-monumenti li tħaddan mixgħula.  Minn hawn nerġgħu lura l-lukanda.

It-Tieni ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u eżatt wara nerġgħu nidħlu Ruma.  Din id-darba nżuru Ruma Imperjali (Żona tal-Kolossew u tal-Fori Imperiali).  Minn hawn nerħulha għall-parti Rinaxximentali u Barokka fejn inkunu nistgħu nammiraw diversi pjazez u monumenti ta’ din il-belt unika fosthom Fontana di Trevi, Piazza di Spagna, Piazza Navona, Piazza del Popolo, Villa Borghese u oħrajn. Ovvjament ħin liberu għax-shopping ma jonqosx.   Xħin isir il-ħin niltaqgħu u mmorru nieklu flimkien f’ristorant ieħor fejn ikollkom l-opportunita’ dduqu l-kċina tipika Rumana (inkluża fil-prezz). Wara nerġgħu nirkbu l-kowċ u mmorru lura għal-lukanda.

It-Tielet ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn ir-reġjun tal-Abruzzo.  Hawn  inżuru  ż-żona tal-Gran Sasso li hija l-akbar muntanja tal-Appennini.  Inżuru l-belt storika ta’ Aquila li ftit snin ilu garrbet hsarat kbar mit-terremot u li llum qed tigi rrestawrata mill-gdid. Hawn ikollna hin liberu fil-qalba tal-belt.  Minn hawn immorru nieklu ikla tipika abruzzese (inkluża fil-prezz).  Wara l-ikel inżuru s-santwarju famuż ta’ San Gabriele. Nerġgħu lura  lejn  Ruma fejn ikollna l-opportunita’ ngawdu ftit hin f’wiehed mill-akbar shopping centres ta’ Ruma (Euroma 2) li jinsab ezatt imiss mal-hotel taghna.

Ir-Raba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon illum ngħabbu l-bagalji ġol-kowċ u nohorgu barra minn Ruma u nzuru ir-rahal ta’ Tivoli u Villa d’Este (hlas extra) li hija maaghrufa ghal gonna u l-funtani taghha. Tard wara nofsinhar nerhulha lejn l-ajruport biex nirritornaw lejn Malta.

Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq (+356) 79262249 jew email info@sisutours.com

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

BOOKING TERMS & CONDITIONS


Toscana & Liguria Tour Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Contact

Phone: (+356) 79262249
Email: info@sisutours.com

Give the gift of travel! Vouchers available.