Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

8 – 13 ta’ April 2023
Prezzijiet għal kull persuna:
- Adulti: €790
- Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €700
Il-prezz jinkludi:
- Titjiriet bl-Airmalta – Malta/Milan bir-ritorn
- Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
- L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
- Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi)
- Servizz ta’ tour leader.
L-ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan li titlaq f’1pm. Naslu fl-ajruport ta’ Milan, fejn insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li tinsab fir-reġjun ta’ Toscana fil-konfini mar-reġjun ta’ Liguria. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar, nistrieħu ftit u ninzlu għaċ-ċena.
It-Tieni ġurnata

Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt ta’ Firenze fejn se nqattgħu ġurnata sħiħa. Hawn fost l-oħrajn jkollna l-opportunita` naraw il-bosta knejjes u pjazez li jżewwqu lil din il-belt meraviljuża. Inkunu nistgħu naqsmu fuq il-Ponte Vecchio li llum huwa mimli ħwienet li jbiegħu d-deheb. Min irid, jista’ jżur xi wieħed mill-mużewijiet li ghandha din il-belt (ħlas extra) jew il-monti li hu magħruf mad-dinja kollha, fejn jinbiegħu ħafna prodotti tal-ġild. F’din il-belt ma jonqosx li jkollna ħin liberu għas-shopping. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet ġurnata

Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ La Spezia minn fejn nirkbu l-ferrovija (biljett inkluż fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru iċ- Cinque Terre li huma ħames irħula patrimonju UNESCO b’veduti eċċezzjonali fuq il-baħar. Bejn l-ewwel u t-tieni raħal, li huma Riomaggiore u Manarola, inkunu nistgħu naraw il-famuża Via dell’Amore. Fl-irħula li huma distanti biss ftit minuti minn xulxin, immorru permezz tal-ferrovija. Wara li nkunu żorna Monteresso li huwa l-ħames raħal, nirkbu l-kowċ li teħodna lura l-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u naqbdu triqitna lejn Lucca. Il-belt ta’ Lucca hija magħrufa l-aktar ghas-swar uniċi tagħha. Ikollna l-opportunita` li nippassiġġaw fuq dawn is-swar, kif ukoll inżuru xi pjazez u knejjes ta’ din il-belt unika. Hawn ukoll ikollna xi ħin liberu għas-shopping. Wara nofsinhar nitilqu lejn il-belt meraviljuża ta’ Pisa fejn fost l-oħrajn inżuru Piazza dei Miracoli bl-attrazzjoni prinċipali tkun it-torri mmejjel. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Il-Hames ġurnata

Wara l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt medjevali ta’ San Gimignano li hija wkoll patrimonju UNESCO. Hemm ikollna ċans nippassiġġaw fit-triqat u l-pjazez karatteristiċi ta’ din il-belt unika. Wara nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn il-belt ta’Siena fejn fost l-oħrajn inżuru l-katidral dedikat lill-Madonna u l-famuża Piazza del Campo fejn darbtejn fis-sena jsiru t-tiġrijet taż-żwiemel tal – Palio di Siena. Filgħaxija nirkbu l-kowċ li teħodna l-lukanda għaċ-ċena.
Is-Sitt gurnata

Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nirkbu l-kowċ li teħodna lejn ir-raħal medjevali ta’ Sarzana li jinsab qrib il-lukanda fejn naghmlu passiggata helwa. Wara naqbdu t-triq lejn l-ajruport ta’ Milan, fejn nieħdu t-titjira ta’ l-Airmalta li tehodna lura d-dar.
*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.