• info@sisutours.com
  • +356 79262249

Toscana & Liguria in July

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

22 – 27 ta’ Lulju 2022

Prezz kull persuna €750 li jinkludi:

  • Airmalta flights (taxxi inkluzi)
  • Lodging – half board (breakfast & dinner with flowing wine and water)
  • All transfers and excursions go private coach
  • Servizz ta’ tour leader (Sisu)

L-ewwel ġurnata

Naslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan (afternoon). Naslu fl-ajruport ta’ Milan, fejn insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li tinsab fir-reġjun ta’ Toscana fil-konfini mar-reġjun ta’ Liguria. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar, nistrieħu ftit u ninzlu għaċ-ċena.

It-Tieni ġurnata

Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ La Spezia minn fejn nirkbu l-ferrovija (biljett inkluż fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru iċ- Cinque Terre li huma ħames irħula patrimonju UNESCO b’veduti eċċezzjonali fuq il-baħar. Bejn l-ewwel u t-tieni raħal, li huma Riomaggiore u Manarola, inkunu nistgħu naraw il-famuża Via dell’Amore. Fl-irħula li huma distanti biss ftit minuti minn xulxin, immorru permezz tal-ferrovija. Wara li nkunu żorna Monteresso li huwa l-ħames raħal, nirkbu l-kowċ li teħodna lura l-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u naqbdu triqitna lejn Lucca. Il-belt ta’ Lucca hija magħrufa l-aktar ghas-swar uniċi tagħha. Ikollna l-opportunita` li nippassiġġaw fuq dawn is-swar, kif ukoll inżuru xi pjazez u knejjes ta’ din il-belt unika. Hawn ukoll ikollna xi ħin liberu għas-shopping. Wara nofsinhar nitilqu lejn il-belt meraviljuża ta’ Pisa fejn fost l-oħrajn inżuru Piazza dei Miracoli bl-attrazzjoni prinċipali tkun it-torri mmejjel. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata

Wara l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt medjevali ta’ San Gimignano li hija wkoll patrimonju UNESCO. Hemm ikollna ċans nippassiġġaw fit-triqat u l-pjazez karatteristiċi ta’ din il-belt unika. Wara nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn il-belt ta’Siena fejn fost l-oħrajn inżuru l-katidral dedikat lill-Madonna u l-famuża Piazza del Campo fejn darbtejn fis-sena jsiru t-tiġrijet taż-żwiemel tal – Palio di Siena. Filgħaxija nirkbu l-kowċ li teħodna l-lukanda għaċ-ċena.

Il-Hames ġurnata

Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn il-port ta’ Santa Margherita Ligure minn fejn naqbdu d-dagħjsa (biljett inkluż fil-prezz) li teħodna fil-port popolari ta’ Portofino. Hemm ikollna ċ-ċans induru mal-inħawi. Wara nerġgħu nirkbu d-dagħjsa li terġa’ teħodna Santa Margherita Ligure fejn insibu l-kowċ tistenniena. Inkomplu fi triqitna lejn il-belt ta’Genova fejn ikollna ċ-ċans induru ċ-ċentru storiku u min irid iżur l-akwarju li huwa wieħed mill-akbar fl-Ewropa (entratura extra). Ikollna ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Is-Sitt gurnata

Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nirkbu l-kowċ li teħodna lejn ir-raħal medjevali ta’ Sarzana li jinsab qrib il-lukanda fejn naghmlu passiggata helwa. Wara nitilqu lejn l-ajruport ta’ Milan, fejn nieħdu t-titjira ta’ l-Airmalta (afternoon).

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

BOOKING TERMS & CONDITIONS


Toscana & Liguria Tour Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Contact

Phone: (+356) 79262249
Email: info@sisutours.com

Give the gift of travel! Vouchers available.