Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

7 – 11 ta’ Gunju 2023
Prezzijiet għal kull persuna:
- Adulti: €695
- Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €600
Il-prezz jinkludi:
- Titjiriet bl-Airmalta – Malta/Milan bir-ritorn
- Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
- L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
- Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi)
- Servizz ta’ tour leader.
L-Ewwel ġurnata

Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan. Naslu fl-ajruport ta’ Milan Linate, fejn insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li tinsab fir-reġjun ta’Toscana fil-konfini mar-reġjun ta’ Liguria. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninzlu ghac-cena.
It-Tieni ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u naqbdu triqitna lejn Lucca. Il-belt ta’ Lucca hija magħrufa l-aktar ghas-swar uniċi tagħha. Ikollna l-opportunita` li nippassiġġaw fuq dawn is-swar, kif ukoll inżuru xi pjazez u knejjes ta’ din il-belt unika. Hawn ukoll ikollna xi ħin liberu għas-shopping. Wara nofsinhar nitilqu lejn il-belt meraviljuża ta’ Pisa fejn fost l-oħrajn inżuru Piazza dei Miracoli bl-attrazzjoni prinċipali tkun it-torri mmejjel. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet ġurnata

Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn il-port ta’ Santa Margherita Ligure minn fejn naqbdu d-dagħjsa (biljett inkluż fil-prezz) li teħodna fil-port popolari ta’ Portofino. Hemm ikollna ċ-ċans induru mal-inħawi. Wara nerġgħu nirkbu d-dagħjsa li terġa’ teħodna Santa Margherita Ligure fejn insibu l-kowċ tistenniena. Inkomplu fi triqitna lejn il-belt ta’Genova fejn ikollna ċ-ċans induru ċ-ċentru storiku u min irid iżur l-akwarju li huwa wieħed mill-akbar fl-Ewropa (entratura extra). Ikollna ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.
Ir-Raba’ ġurnata

Wara l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt medjevali ta’ San Gimignano li hija wkoll patrimonju UNESCO. Hemm ikollna ċans nippassiġġaw fit-triqat u l-pjazez karatteristiċi ta’ din il-belt unika. Wara nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn il-belt ta’Siena fejn fost l-oħrajn inżuru l-katidral dedikat lill-Madonna u l-famuża Piazza del Campo fejn darbtejn fis-sena jsiru t-tiġrijet taż-żwiemel tal – Palio di Siena. Filgħaxija nirkbu l-kowċ li teħodna l-lukanda għaċ-ċena.
Il-Hames ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nirkbu l-kowċ li teħodna lejn ir-raħal medjevali ta’ Sarzana li jinsab qrib il-lukanda fejn naghmlu passiggata helwa. Wara mmorru fir-raħal pittoresk ta’ Portovenere fejn inkunu nistghu ngawdu x-xenarji ta’ dan ir-rahal stupend qrib il-bahar li jmiss ma’ Cinque Terre. Wara li nkunu rajna Portovenere naqbdu t-triq lejn l-ajruport ta’ Milan, fejn nieħdu t-titjira ta’ l-Airmalta li tehodna lura d-dar.
*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.