Toscana & Liguria Tour

Albergo La Castellana – Your home in Tuscany
Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.
16 ta’ Settembru – 23 ta’ Settembru, 2023
Prezzijiet għal kull persuna:
- Adulti: €880
- Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €780
Il-prezz jinkludi:
- Titjiriet bl-Airmalta – Malta/Milan bir-ritorn
- Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
- L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
- Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi)
- Servizz ta’ tour leader.
Tour Leader: Lawrence Sciberras
L-ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan. Naslu fl-ajruport ta’ Milan, fejn insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li hija 4 star u tinsab fir-reġjun ta’Toscana fil-konfini mar-reġjun ta’ Liguria. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit. Wara nerġgħu nirkbu l-kowċ li teħodna lejn ir-raħal tas-sajjieda ta’ Portovenere fejn ikollna l-opportunita’ nippassiġġaw fil-qalba ta’ dan ir-raħal u ngawdu minn veduti mill-isbaħ. Filgħaxija nerġgħu lura għaċ-ċena.

Porto Venere
It-Tieni ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt ta’ Firenze fejn se nqattgħu ġurnata sħiħa. Hawn fost l-oħrajn jkollna l-opportunita` naraw il-bosta knejjes u pjazez li jżewwqu lil din il-belt meraviljuża. Inkunu nistgħu naqsmu fuq il-Ponte Vecchio li llum huwa mimli ħwienet li jbiegħu d-deheb. Min irid, jista’ jżur xi wieħed mill-mużewijiet li ghandha din il-belt (ħlas extra) jew il-monti li hu magħruf mad-dinja kollha, fejn jinbiegħu ħafna prodotti tal-ġild. F’din il-belt ma jonqosx li jkollna ħin liberu għas-shopping. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet ġurnata
Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn il-port ta’ Santa Margherita Ligure minn fejn naqbdu d-dagħjsa (biljett inkluż fil-prezz) li teħodna fil-port popolari ta’ Portofino. Hemm ikollna ċ-ċans induru mal-inħawi. Wara nerġgħu nirkbu d-dagħjsa li terġa’ teħodna Santa Margherita Ligure fejn insibu l-kowċ tistenniena. Inkomplu fi triqitna lejn il-belt ta’Genova fejn ikollna ċ-ċans induru ċ-ċentru storiku u min irid iżur l-akwarju li huwa wieħed mill-akbar fl-Ewropa (entratura extra). Ikollna ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Portofino
Ir-Raba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ La Spezia minn fejn nirkbu l-ferrovija biex inkunu nistgħu nżuru iċ- Cinque Terre li huma ħames irħula patrimonju UNESCO b’veduti eċċezzjonali fuq il-baħar. Bejn l-ewwel u t-tieni raħal, li huma Riomaggiore u Manarola, inkunu nistgħu naraw il-famuża Via dell’Amore. Fl-irħula li huma distanti biss ftit minuti minn xulxin, immorru permezz tal-ferrovija. Wara li nkunu żorna Monteresso li huwa l-ħames raħal, nirkbu l-kowċ li teħodna lura l-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u l-ewwel waqfa tagħna tkun fir-raħal suġġestiv ta’Carrara li jinsab qrib il-muntanji u li huwa famuż ħafna għall-irħam abjad tiegħu li minnu ġew magħmulin opri ta’ l-arti kbar matul is-snin. Hemm ikollna l-opportunita` naraw kif jinqata’ u jiġi trasportat dan l-irħam prestiġjuż. Inżuru r-raħal ta’Colonnata li huwa magħruf mad-dinja kollha għal produzzjoni tax-xaħam. Wara Colonnata nerħulha lejn il-belt meraviljuża ta’ Pisa fejn fost l-oħrajn inżuru Piazza dei Miracoli bl-attrazzjoni prinċipali tkun it-torri mmejjel. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Colonnata
Is-Sitt ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u l-ewwel waqfa tagħna tkun fir-raħal medjevali ta’ Fosdinovo. Minn hawn inkomplu fi triqitna lejn Lucca minn triq sekondarja bejn il-muntanji u l-widien li jisimha La Via Francigena. Nieqfu fir-raħal ta’ Codiponte fejn ikollna l-opportunita’ nduqu l-ikel tipiku tal-Lunigiana (ħlas extra). L-aħħar waqfa tagħna tkun fil-belt medjevali ta’ Lucca li hija magħrufa l-aktar ghas-swar uniċi tagħha. Ikollna l-opportunita` li nippassiġġaw fuq dawn is-swar, kif ukoll inżuru xi pjazez u knejjes ta’ din il-belt unika. Hawn ukoll ikollna xi ħin liberu għas-shopping. Filgħaxija nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.

Lucca
Is-Seba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt medjevali ta’ San Gimignano li hija wkoll patrimonju UNESCO. Hemm ikollna ċans nippassiġġaw fit-triqat u l-pjazez karatteristiċi ta’ din il-belt unika. Wara nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn il-belt ta’Siena fejn fost l-oħrajn inżuru l-katidral dedikat lill-Madonna u l-famuża Piazza del Campo fejn darbtejn fis-sena jsiru t-tiġrijet taż-żwiemel tal – Palio di Siena. Filgħaxija nirkbu l-kowċ li teħodna l-lukanda għaċ-ċena.

Piazza del Campo – Siena
It-Tmien ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn l-ajruport ta’ Milan, fejn nieħdu t-titjira ta’ l-Airmalta. X’ħin naslu lura Malta insibu kowċ li twassalna lejn il-vapur.
*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.
Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq (+356) 79262249 jew email info@sisutours.com
Highlights mit-Tour Toscana & Liguria 2017