• admin@sisutours.com
  • +356 21564323

Veneto Summer Tour

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

Tour 1: 25 t’ Awwissu – 1 ta’ Settembru
Tour 2: 1 ta’ Settembru – 8 ta’ Settembru

Adulti: €895
Tfal bejn 2 u 11- il sena: €820

Prezz jinkludi:

  • Flights Airmalta (taxxi inklużi)
  • Hotel 4* half board (inbid u ilma inklużi) 
  • Bagalja 20kg, hand luggage 10kg u handbag
  • Hotel City tax
  • Transfers u eskursjonijiet kollha skont il-programm
  • Servizz ta’ Tour leader

L-ewwel ġurnata

Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Milan li titlaq kmieni wara nofsinhar. Fl-ajruport ta’ Milan insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna (4*) li tinsab fir-reġjun ta’ Veneto ftit il barra mill-belt ta’ Treviso. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.

It-Tieni ġurnata

Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn il-belt ta’ Romeo u Giulietta – Verona, fejn inqattgħu ġurnata sħiħa. Ikollna l-opportunità fost affarijiet ohra naraw l-Arena, l-Katidral, id-dar ta’ Giulietta u l-pjazez li jżewqu din-il-belt stupenda. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

It-Tielet ġurnata

Wara li nieħdu l-kolazzjon illum nitilqu lejn il-belt ta’ Padova fejn fost l-oħrajn ikollna l-opportunità nżuru il-bażilika ta’ Sant’Anton, il-Katidral, Piazza Prato della Valle li hija fost l-akbar fl-Italja u l-Orto Botanico. F’din il-belt ukoll ma jonqosx li jkollna ħin liberu għas-shopping. Wara nofsinhar nirkbu l-kowċ u nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena billi nghaddu minn Colli Eganei li joffru xenarji mill-isbaħ.

Ir-Raba’ ġurnata

Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ Treviso minn fejn nirkbu l-ferrovija (inkluża fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru il-belt unika u spettakolari ta’ Venezia fejn se nqattgħu ġurnata sħiħa. Fost l-ohrajn naraw Ponte Rialto, Ponte dei Sospiri u Piazza San Marco u jkollna ħin liberu niskopru t-toroq dojoq ta’ din il-belt unika u min irid jagħmel ukoll xi ftit shopping. Tard wara nofsinhar nerħulha lejn l-istazzjon ta’ Santa Lucia fejn naqbdu triqtna lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Garda. Illum il-group jinqasam fi tnejn. Min imur fil-park ta’ Gardaland (ħlas extra) u min ikollu eskursjoni ta’ din iż-żona ta’ din il-lake famuża. Matul il-ġurnata jkollna l-opportunità nitpaxxew bil-veduti sbieh li joffru l-irħula ta’ Sirmione u Bardolino. Tard wara nofsinhar nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u llum immorru niskopru ż-żona tal-Prosesso magħrufa aħjar bħala Valdobbiadene. Matul din l-eskursjoni inkunu nistgħu nitpaxxew bil-veduti tad-dwieli li jinħadmu b’tant kura min-nies tal-post. Għal nofsinhar nieqfu għal wine tasting u għal ikla tipika ta’ dawn l-inħawi (inkluża fil-prezz). Minn hawn nerħulha lejn il-belt ta’ Treviso fejn nqattgħu s-serata tagħna qalb il-ħwienet eleganti tagħha u l-knejjes u monumenti li jżewquha. Tard filgħaxija nirritornaw il-lukanda ghaċ- ċena.

Is-Seba’ ġurnata

Wara l-kolazzjon nitilqu lejn iż-żona tad-Dolomiti (Alpi) fejn din id-darba se ngawdu x-xenarji tal-muntanji maestużi li aħna l-Maltin tant mixtiqin minnhom. Nieqfu fir-raħal popolari ta’ Cortina d’Ampezzo fejn ikollna l-opportunità nippassiggaw u ngawdu l-post bil-kumdità kollha. Wara nirkbu l-kowċ u ngħaddu minn Passo Tre Croci u l-widien ta’ San Marco u Auronzo. Nieqfu Lake Misurina fejn inkunu nistgħu nitpaxxew b’xenarji tal-ħolm. Filgħaxija mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena.

It-Tmien ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn l-ajruport ta’ Milan, fejn nieħdu t-titjira ta’ l-Airmalta li twassalna lura Malta.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

BOOKING TERMS & CONDITIONS


Contact

Phone: (+356) 21564323 | 27564323
Email: admin@sisutours.com

Opening hrs:
Mon – Fri: 9 AM – 6 PM
Sat: 9 AM-12 PM

Toscana & Liguria Tour Highlights

Marche & Umbria Tour Preview

Give the gift of travel! Vouchers available.