Snow, Xenarji, Christmas Markets u aktar….

Inkunu noqogħdu ġewwa lukanda qalb il-muntanji gewwa Fusine in Val Romana (Tarvisio/Italja) fil-konfini mal-Awstrija u Slovenja u nżuru postijiet fuq l-Alpi li mhumiex fil-mappa turistika konvenzjonali tat-turisti Maltin kif ukoll oħrajn li huma ferm popolari.
Sitt Dati:
27 Nov – 2 Dec, 2023
2 Dec – 7 Dec, 2023
7 Dec – 12 Dec, 2023
12 Dec – 17 Dec, 2023
17 Dec – 22 Dec, 2023
26 Dec – 31 Dec, 2023
Prezzijiet għal kull persuna:
- Adulti: €795
- Tfal minn 2 sa 11 – il sena: €735
Il-prezz jinkludi:
- Titjiriet bl-Airmalta – Malta/Vienna bir -ritorn
- Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
- L-eskursjonijiet kollha skont il-programm
- Half board (kolazzjon, ċena, ilma u nbid inklużi)
Servizz ta’ tour leader u ta’ gwidi tal-post matul l-eskursjonijiet.

L-ewwel ġurnata
Nirkbu t-titjira Airmalta KM514 li titlaq f’7.10am ghal Vienna u tasal 9.30am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-kowċ li se tkun magħna matul it-tour kollu. L-ewwel waqfa tagħna tkun fil-belt awstrijaka ta’ Graz fejn ikollna l-opportunità induru mac-centru storiku u l-Christmas Markets ta’ din il-belt stupenda. Wara nergghu nirkbu il-kowċ li tħallina fir-raħal ta’ Fusine in Val Romana (Tarvisio – Italia) fejn se jkollna l-lukanda li se tospitana. Se nkunu noqogħdu ġo lukanda tipika ta’ dawn in-naħat (Albergo al Sole) imdawrin bis-skiet u l- ġmiel tal-kampanja u l-muntanji.
It-Tieni ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Ljubljana, il-kapitali tas-Slovenja. Hawn ikollna l-ħin biex inżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża u jkollna ukoll ħin liberu biex induru mal-Christmas markets. Minn hawn imbagħad immorru Lake Bled fejn ikollna l-opportunità ngawdu l-pajsaġġ u l-atmosfera tal-Milied ta’ dan il-post uniku. Xħin isir il-ħin immorru lura l- lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u eżatt wara nerħulha lejn Monte Lussari li tagħmel parti mill-Alpi Giulie. Minn hawn naqbdu l-cable car (ħlas inkluz fil-prezz) u nitilgħu għoli ta’ 1,760 metri. Ikollna ħin liberu biex nippassiġġaw u ngawdu l-ambjent uniku ta’ dan il-post. Barra li ngawdu x-xenarji nżuru s-santwarju li huwa magħruf bħala s-santwarju tat-tliet popli għaliex huwa meta ta’ pellegrinaġġi għat-Taljani, għall-Awstrijaċi u anke għas-Sloveni.. Waranofsinhar nirkbu l-kowċ u mmorru nżuru l-belt awstrijaka ta’ Villach li c-centru taghha jkun mimli Christmas Markets. Xħin isir il-ħin immorru lura l- lukanda għaċ-ċena.


Ir-Raba’ ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn il-belt ta’ Salzburg, li tinsab fl-Awstrija. Salzburg hija per eccellenza il-belt tal-Milied. Hawn ikollna ġurnata sħiħa biex inżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża u jkollna ukoll ħin liberu biex induru mal-Christmas markets taghha. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata
Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni oħra ta’ ġurnata sħiħa fejn fost l-oħrajn inżuru Lake Fusine li tinsab qrib il-lukanda li se tospitana. Hawn ikollna ħin biex nagħmlu passiġġati qalb xenarji mill-isbaħ immexxija minn gwidi esperti tal-post. Wara nergghu nidhlu s-Slovenia u mmorru Planica u Kranskja Gora li wkoll tkun imzejna ghal Milied bid-dwal u bil-Christmas markets. Filgħaxija nirritornaw il-lukanda pero’ llum iċ-ċena (inkluza fil-prezz) tkun f’ristorant karatteristiku Alte Huette li qiegħed fiz-zona ta’ Camporosso taht Monte Lussari.

Is-Sitt ġurnata
Kmieni filghodu nerħulha lejn l-ajruport ta’ Vienna fejn nieħdu t-titjira tal-Airmalta KM515 li titlaq f’10.40am u tasal Malta 12.55.
*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.