Tour ta’ ġimgħa sħiħa, li jmiss ma erba’ pajjizi differenti (Italja, Awstrija, Slovenia u ftit Ġermanja) fejn ingawdu natura, mill isbaħ, inżuru xmajjar u lagi, muntanji u bliet. Noqogħdu ġewwa lukanda mdawrin bl-Alpi.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Prezz:
Adulti: €995
Tfal taħt it-12-il sena: €975
Dati:
1) 18 sa 25 ta’ April, 2027
2) 26 ta’ April sa 03 ta’ Mejju, 2027
3) 10 sa 17 ta’ Mejju, 2027
4) 18 sa 25 ta’ Mejju, 2027
5) 07 sa 14 ta’ Ġunju, 2027
6) 15 sa 22 ta’ Ġunju, 2027
7) 23 sa 30 ta’ Ġunju, 2027
8) 01 sa 08 ta’ Lulju, 2027
9) 09 sa 16 ta’ Lulju, 2027
10) 17 sa 24 ta’ Lulju, 2027
11) 18 sa 25 ta’ Awissu, 2027
12) 03 sa 10 ta’ Settembru, 2027
13) 11 sa 18 ta’ Settembru, 2027
14) 19 sa 26 ta’ Settembru, 2027
15) 27 ta’ Settembru sa 04 ta’ Ottubru, 2027
16) 05 sa 12 ta’ Ottubru, 2027
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq filgħodu kmieni għal Munich. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna matul it-tour kollu. L-ewwel waqfa tagħna tkun fl-għadira Chiemsee fil-Ġermanja fejn ikollna ċans nibdew ingawdu l-ġmiel tan-natura fl-aqwa tagħha. Minn hemm nibqgħu sejrin fir-raħal ta’ Fusine in Val Romana (Tarvisio, fl-Italja) fejn se jkollna l-lukanda li se tospitana. Se nkunu noqogħdu ġo lukanda tipika ta’ dawn in-naħat (Albergo al Sole) imdawrin bis-skiet u l-ġmiel tal-kampanja u l-muntanji. Filgħaxija jkollna ċ-ċena fil-lukanda stess.
It-Tieni Ġurnata
Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa qalb il-muntanji, Alpi, fejn fost l-oħrajn inżuru Fusine Lakes, u Alpe Vecchia. Hawn ikollna ħin biex nagħmlu passiġġati qalb xenarji mill-isbaħ immexxija minn gwidi esperti tal-post. Waranofsinhar nidħlu s-Slovenja u mmorru Kranskja Gora u Planica li huma skiing resorts popolari. Filgħaxija nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Wara l-kolazzjon immorru nżuru l-belt ħelwa ta’ Udine fejn ikollna ċans naraw ic-ċentru storiku tagħha bil-monumenti, pjazez u ħwienet li jżewquha u fejn ikollna ħin liberu anke għax-xiri. Minn hawn nerħulha lejn il-belt ta’ Venzone li mijiet ta’ snin ilu ġiet milquta minn terremot qawwi imma reġgħet inbniet għall-istat oriġinali tagħha. Ikollna ċans nippassiġġaw maċ-ċentru storiku tagħha. Filgħaxija nirkbu l-karozza u mmorru lura għaċ-ċena fil-lukanda.
Ir-Raba’ Ġurnata
Illum nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Ljubljana, il-kapitali tas-Slovenja. Hawn ikollna ġurnata sħiħa biex induru maċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża fosthom il-Kastell, il-Katidral, is-Suq u l-Knisja ta’ San Franġisk u jkollna wkoll ħin liberu. Inżuru wkoll ċentru kummerċjali enormi jismu City Park. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Wara l-kolazzjon, illum nidħlu l-Awstrija u nżuru l-għadajjar taż-żona ta’ Carinzia. Minn dawn naraw Ossiach u Worthersee fejn hemm is-santwarju mill-isbaħ ta’ Maria Worth. Inżuru wkoll l-belt Awstrijaka ta’ Villach b’ħin komdu għal żjara fiċ-ċentru storiku. Hawn ukoll ikollna ċans nippassiġġaw u niskopru din iż-żona u nagħmlu passiġġati madwar ix-xenarji sbieħ li jżewquha. Ikollna anke ħin għal ftit xiri tajjeb fiċ-ċentru kummerċjali Atrio. Filgħaxija jkollna ċ-ċena fil-lukanda bħas-soltu.
Is-Sitt Ġurnata
Il-ġurnata tal-lum teħodna mill-ġdid lejn is-Slovenja. Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Lake Bohinj u Lake Bled fejn ikollna ġurnata sħiħa ngawdu l-pajsaġġ, b’taħlita ta’ muntanji, ilmijiet, storja u patrimonju u ftit faċilitajiet għat-turisti. Hawn ikollna l-opportunità nduru mal-għadajjar, u min jixtieq jista’ anki jaqsam bid-dgħajsa għal fuq il-gżira ta’ Bled (ħlas extra) u nduqu l-ħelu tipiku tal-post. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Is-Seba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u llum immorru eskursjoni fil-viċinanzi tal-lukanda, f’dawn ix-xenarji tal-ħolm fejn in-natura sovrana tpaxxi l-għajn u sserraħ il-menti ta’ dawk kollha li jafu japprezzawha. Nerħulha lejn Val Saisera li jagħmel parti mill-Alpi Giulie u nżuru wkoll il-belt ta’ Tarvisio. Minn hawn nerħulha lejn Fontanon di Goriuda fejn inkomplu nitpaxxew bis-sbuħija tan-natura u arja friska u nimmeraviljaw ruħna bil-qawwa u s-seħer tal-ilma ġieri u l-kaskati. Xħin isir il-ħin immorru lura l-lukanda għaċ-ċena.
It-Tmien Ġurnata
Kmieni filgħodu nqiegħdu l-bagalji fil-karozza u nitilqu lejn il-belt ta’ Salzburg, fl-Awstrija. Hawn ikollna l-opportunità nżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża u jkollna wkoll ħin liberu biex induru ma’ din il-belt sinonima mal-film The Sound of Music. Minn hawn imbagħad immorru lejn l–ajruport ta’ Munich biex naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fil-5:10pm u tasal Malta fis-7:30pm.
Il-Cable car ta’ Monte Lussari (ħlas extra) se tkun miftuħa minn 1 ta’ Ġunju sa 1 ta’ Settembru.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.