Abruzzo, Spoleto, Cascate delle Marmore, San Giovanni Rotondo (Padre Pio) and Rome Summer Tour

€790

adults

€700

children under 12

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll tnejn mill-aqwa santwarji tad-dinja (Vatikan u San Giovanni Rotondo – Padre Pio).

Travel Dates 2024

06/06 – 11/06 | 16/09 – 21/09

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 1. Rome & The Vatican
  • 2. Sulmona
  • 3. L'Aquila
  • 4. Gran Sasso Shopping Centre
  • 5. San Giovanni Rotondo
  • 6. Spoleto
  • 7. Cascata delle Marmore
  • Hotel Fiordigigli

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Prezz kull persuna:
Adulti: €790
Tfal minn 2 sa 11 -il sena: €700

Dati:
6 sa 11 ta’ Ġunju 2024
16 sa 21 ta’ Settembru 2024

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Ruma li titlaq f’6.55am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-kowċ li se tkun magħna matul il-ġimgħa kollha. Il-kowċ tħallina fiċ-ċentru ta’ din il-belt meraviljuża u hawn inqattgħu ftit sigħat inżuru l-belt tal-Vatikan u t-teżori li tħaddan. Fit-3pm nerġgħu nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn il-lukanda 3* Fiordigigli li tinsab taħt il-muntanja maestuża tal-Gran Sasso li hija l-akbar muntanja tal-Appennini. Nissetiljaw fil-kmamar u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita’ unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inkluż dejjem fil-prezz matul iċ-ċena flimkien mal-ilma). Se nkunu noqogħdu ġo post imdawwar bis-skiet u l-ġmiel tal-muntanji u tal-kampanja.

It-Tieni ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nibdew l-ewwel żjara tagħna fir-raħal ta’ Sulmona fejn immorru passiġġata fiċ-ċentru ta’ dan ir-raħal magħruf ħafna ghal-produzzjoni tal-Confetti li huwa helu bil-lewż li jingħata l-aktar waqt it-tigijiet. Fost l-oħrajn inżuru l-katidral ta’ Sulmona u Piazza Garibaldi. Minn hawn nerħulha għall- fabbrika tal-Confetti fejn inkunu nistgħu naraw kif jinħadmu kif ukoll nduquhum u min irid jixtrihom. Wara jkun imiss li nżuru l-belt stupenda tal-Aquila li ftit snin ilu ġarrbet ħsarat kbar mit-terremot u li llum qed tiġi rrestawrata mill-ġdid. Hawn ikollna ħin liberu fil-qalba tal-belt.  Nippassiġġaw fiċ-ċentru storiku tagħha li huwa mogħni bi pjazez u monumenti mill-isbaħ. Xħin isir il-ħin nerġgħu nirkbu l-kowċ u mmorru lura għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Wara l-kolazzjon illum nibqgħu qrib il-lukanda u nitilgħu Campo Imperatore permezz ta’ cable car (ħlas extra) jew inkella bil-coach fejn naslu ‘l fuq minn 1800 metru u minn fejn inkunu nistgħu ngawdu l-muntanji maestużi li jjdawru din iz-zona. Minn hawn immorru naraw s-santwarju ta’ San gabriele u wara nieklu ikla tipika abruzzese (inkluża fil-prezz).  Wara l-ikel inżuru s-Shopping Centre ‘Gran Sasso’ fejn indumu shopping sa tard filgħaxija.

Ir-Raba’ ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni u llum nerħulha lejn ir-regjun ta’ Puglia fejn immorru San Giovanni Rotondo magħrufa aħjar bħala l-belt ta’ Padre Pio. Hawn inqattgħu ġurnata sħiħa nsegwu l-passi ta’ dan il-qaddis hekk popolari anke fostna l-Maltin. Tard waranofsinhar nirkbu l-kowċ u mmorru lura għaċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u llum nidħlu fir-reġjun tal-Umbria u nżuru l- belt spettakolari ta’ Spoleto. Hawn inqattgħu nofs ta’ nhar niskopru din il-belt stupenda li għandha oriġini rumani. Hawn ikollna ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Waranofsninar immorru nżuru Le Cascate delle Marmore – waterfalls (dħul inkluż fil-prezz). Hawn ikollna l-opportunità nitpaxxew b’veduti meraviljużi u ngawdu n-natura li żżewwaq din iż-żona. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn Ruma fejn ikollna cans ta’ ftit sieghat nergghu nitpaxxew bil-monumenti li jżewqu din il-belt stupenda. Tard filghaxija f’21.00 niehdu t-titjira tal-KM Malta Airlines. li twassalna lura Malta.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
(+356) 27564323
Email: admin@sisutours.com
50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?