New Year in Abruzzo, Umbria, Cascia (Santa Rita) and Rome/Vatican

€985

adults

€950

children under 12

Tour imżewwaq ferm li jinkludi il-belt unika ta’ Ruma. Noqgħodu f’lukanda imdawrin bill-muntanji ta’ l-Abruzzo, reġjun fiċ-ċentru ta l-Italja. Nidħlu fir-reġjun ta’ l-Umbria, hekk imsejjaħ, il cuore verde d’Italia.

Travel Dates

29/12/26 – 03/01/27

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Dati:

29 ta’ Dicembru, 2026 – 03 ta’ Jannar, 2027

Prezzijiet:

€985 Adulti
€950 Tfal taħt it-12-il sena

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel Ġurnata, 
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq lejn Ruma fis-6:10am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna matul il-vjaġġ kollu. L-ewwel waqfa tkun fil-belt-Stat tal-Vatikan biex naraw it-teżori li tħaddan, bis-siġra u l-presepju famużi li jkollhom armati fi Pjazza San Pietru f’dawn iż-żminijiet. Waranofsinhar il-karozza teħodna lejn il-lukanda 3* Fiordigigli li tinsab taħt il-muntanja maestuża tal-Gran Sasso; l-akbar muntanja tal-Appennini. Nidħlu fil-kmamar u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inkluż dejjem fil-prezz matul iċ-ċena flimkien mal-ilma). Se nkunu noqogħdu ġo post imdawwar bis-skiet u l-ġmiel tal-muntanji u tal-kampanja.

It-Tieni Ġurnata, 
Wara l-kolazzjon illum inżuru r-raħal ta’ Cascia magħruf għal qaddisa Santa Rita. Inżuru għalhekk, fost affarijiet oħra, is-santwarju fejn hemm l-korp awtentiku tal-qaddisa tal-impossibli. Inżuru wkoll Roccaporena fejn twieldet u għexet Santa Rita mal-familja tagħha. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet Ġurnata,
Nieħdu l-kolazzjon u llum nidħlu fir-reġjun tal-Umbria u nżuru l-belt spettakolari ta’ Spoleto. Hawn inqattgħu nofstanhar niskopru din il-belt stupenda li għandha oriġini rumani. Ikollna għalhekk ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Waranofsninar immorru nżuru Le Cascate delle Marmore, il-waterfalls impressjonanti li f’Malta ma narawx bħalhom (dħul inkluż fil-prezz). Hawn ikollna l-opportunità nitpaxxew b’veduti meraviljużi u ngawdu n-natura li żżewwaq din iż-żona. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena biex niċċelebraw flimkien il-wasla tas-sena l-ġdida (inkluża fil-prezz).

Ir-Raba’ Ġurnata, 
Nieħdu l-kolazzjon u nibdew l-ewwel żjara tagħna fir-raħal ta’ Sulmona fejn immorru passiġġata fiċ-ċentru ta’ dan ir-raħal magħruf ħafna għall-produzzjoni tal-ħelu tal-Confetti; il-ħelu bil-lewż li jingħata l-aktar waqt it-tiġijiet. Fost l-oħrajn inżuru l-katidral ta’ Sulmona u Piazza Garibaldi. Wara jkun imiss li nżuru l-belt stupenda ta’ L’Aquila li ftit snin ilu ġarrbet ħsarat kbar mit-terremot u li llum qed tiġi rrestawrata mill-ġdid. Hawn ikollna ħin liberu fil-qalba tal-belt. Nippassiġġaw fiċ-ċentru storiku tagħha li huwa mogħni bi pjazez u monumenti mill-isbaħ. Xħin isir il-ħin nerġgħu nirkbu l-karozza u mmorru lura għaċ-ċena.

Il-Ħames Ġurnata,
Wara l-kolazzjon illum nibqgħu qrib il-lukanda u nitilgħu Campo Imperatore permezz ta’ cable car (ħlas extra) fejn naslu ‘l fuq minn 1800 metru u minn fejn inkunu nistgħu ngawdu l-muntanji maestużi u s-silġ. Minn hawn immorru naraw is-Santwarju ta’ San Gabriele u wara nieklu ikla tipika abruzzese (inkluża fil-prezz flok l-ikla ta’ filgħaxija). Wara l-ikel inżuru x-Shopping Centre ‘Gran Sasso’ fejn ikollna ħin għax-xiri sa tard filgħaxija.

Is-Sitt Ġurnata,
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Ruma fejn ikollna ċans ta’ ftit sigħat nerġgħu nitpaxxew bil-monumenti li jżewqu din il-belt stupenda. Tard filgħaxija fil-11:25pm nieħdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li twassalna lura Malta.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu. Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?