Inżuru bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ. Għandna wkoll ġurnata ġewwa l-belt unika ta’ Venezia, li fi żmien il-karnival tkun fl-aqwa tagħha.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Data:
05 sa 09 February 2027
Prezzijiet għal kull persuna:
Adulti: €820
Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €795
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines lejn Milan li titlaq fin-12:25pm. Fl-Ajruport ta’ Linate f’Milan insibu karozza privata tistenniena biex teħodna fil-lukanda tagħna (4*) li tinsab fir-reġjun ta’ Veneto ftit ’il barra mill-belt ta’ Treviso. Naslu l-lukanda, insibu postna fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.
It-Tieni Ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon, illum nitilqu lejn il-belt ta’ Padova fejn fost l-oħrajn ikollna l-opportunità nżuru il-bażilika ta’ Sant’ Antnin, il-Katidral, Piazza Prato della Valle li hija fost l-akbar fl-Italja u min irid, anki l-Orto Botanico. Waranofsinhar nitilqu lejn il-belt ta’ Romeo u Giulietta – Verona, fejn ikollna l-opportunità fost affarijiet oħra naraw l-Arena, il-Katidral, id-dar ta’ Giulietta u l-pjazez li jżewqu din il-belt stupenda. Ikollna wkoll ħin liberu għax-xiri. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Wara l-kolazzjon, il-karozza teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ Mogliano Veneto minn fejn nirkbu l-ferrovija (inkluża fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru l-belt unika u spettakolari ta’ Venezia fejn se nqattgħu ġurnata sħiħa u ngawdu l-atmosfera maġika li tħaddan fil-Karnival. Fost l-oħrajn naraw Ponte Rialto, Ponte dei Sospiri u Piazza San Marco. Ikollna ħin liberu niskopru t-toroq dojoq u l-kanali ta’ din il-belt unika u min irid jagħmel ukoll xi ftit xiri jew imur dawra b’xi gondola. Tard waranofsinhar nerħulha lejn l-istazzjon ta’ Santa Lucia fejn naqbdu triqtna lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Wara l-kolazzjon nitilqu lejn iż-żona tad-Dolomiti (Alpi) fejn din id-darba se ngawdu x-xenarji tal-muntanji maestużi li aħna l-Maltin tant mixtiqin minnhom. Nieqfu fir-raħal popolari ta’ Cortina d’Ampezzo fejn ikollna l-opportunità nippassiġġaw u ngawdu l-post bil-kumdità kollha. Wara nirkbu l-karozza u ngħaddu minn Passo Tre Croci u l-widien ta’ San Marco u Auronzo fejn inkunu nistgħu nitpaxxew b’xenarji tal-ħolm. Minn hawn nerħulha lejn il-belt ta’ Treviso fejn inqattgħu s-serata tagħna qalb il-ħwienet eleganti tagħha u l-knejjes u monumenti li jżewquha. Tard filgħaxija nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Illum nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn l-Ajruport ta’ Linate f’Milan, biex nieħdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fit-3:15pm u tasal Malta fil-5:17pm.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.