Christmas Tour in Central Italy 2026

€895

adults

€870

children under 12

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll tlieta mill-aqwa santwarji tad-dinja, Loreto, il-Vatikan u Assisi fejn inqattgħu l-ġurnata qaddisa tal-Milied. Niskopru ċ-ċentru tal-Italja, sabiħ dejjem, iżda aktar u aktar taħt id-dwal tal-Milied.

Travel Dates

21/12 – 26/12

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 1. Rome Airport
  • 2. Rome & The Vatican
  • 3. Vecchio Gelso Agriturismo
  • 4. Grotte di Frasassi
  • 5. Assisi
  • 6. Loreto
  • 7. Fermo
  • 8. Monte Imperatore

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Prezzijiet: 
€895 – Adulti
€870 – Tfal taħt it-12-il sena

Data: 
21 ta’ Diċembru – 26 ta’ Diċembru, 2026

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kmieni filgħodu biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq lejn Ruma fis-6:10am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna matul il-vjaġġ kollu. L-ewwel waqfa tkun fil-belt-Stat tal-Vatikan biex naraw it-teżori li tħaddan, bis-siġra u l-presepju famużi li jkollhom armati fi Pjazza San Pietru f’dawn iż-żminijiet. Wara nofsinhar nerġgħu nirkbu l-karozza u nerħulha lejn ir-raħal ta’ Ortezzano fir-reġjun ta’ Marche. Nidħlu fil-kmamar tal-agriturismo li se jospitana u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inkluż dejjem fil-prezz matul iċ-ċena flimkien mal-ilma). Se nkunu noqogħdu ġo agriturismo mdawrin bis-skiet u l-ġmiel tal-kampanja.

It-Tieni Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Grotte di Frasassi (biljett tad-dħul inkluż fil-prezz). Dawn huma l-akbar għerien ġol-muntanji fl-Ewropa u ż-żjara tagħhom li ddum 75 minuta hija verament unika u impressjonanti. Wara Frasassi nitilqu lejn il-belt ta’ Loreto fejn, fost affarijiet oħra, hemm is-santwarju iddedikat lill-Madonna u li lejh hemm devozzjoni kbira. Hawn ikollna wkoll xi ħin liberu biex inkomplu niskopru din il-belt, li ovvjament se tkun imdawla ghal-festi tal-Milied. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.

It-Tielet Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u wara nitilqu lejn ir-reġjun tal-Abruzzo. Hawn inżuru ż-żona tal-Gran Sasso li hija l-akbar muntanja tal-Appennini. Nitilgħu l-cable car (ħlas extra) għal Campo Imperatore li tinsab f’għoli ta’ 2300 metru fejn hemm probabiltà kbira li nsibu s-silġ. Minn hawn immorru nieklu ikla tipika abruzzese (inkluża fil-prezz). Wara l-ikel inżuru s-santwarju famuż ta’ San Gabriele. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.

Ir-Raba’ Ġurnata 
Wara l-kolazzjon illum inżuru Offida fejn immorru passiġġata fiċ-ċentru ta’ dan ir-raħal magħruf ħafna għax-xogħol tal-bizzilla u fost l-oħrajn inżuru l-knisja maestuża ta’ Santa Maria della Rocca li tinsab imperrċa fuq sies għoli. Xħin joqrob nofsinhar nerħulha lejn Cantina fejn inkunu nistgħu nduqu l-inbejjed li jipproduċu (inkluża fil-prezz). Wara nofsinhar immorru fil-belt stupenda ta’ Fermo. Nagħmlu passiġġata fiċ-ċentru storiku fejn fost l-oħrajn inżuru c-Cisterne Romane, it-teatru u l-pjazza prinċipali li fiha jkun hemm il-Christmas Markets. Hawnhekk ikollna xi ħin liberu. Wara nirkbu l-karozza u ninġabru lura għaċ-ċena.

Il-Ħames Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u naqbdu triqtna lejn il-belt stupenda ta’ Assisi (li tinsab fir-reġjun tal-Umbria). F’din il-belt inżuru s-santwarji u l-postijiet ewlenin marbuta ma’ San Franġisk u Santa Chiara iżda wkoll inżuru lill-Carlo Acutis li jinsab midfun f’din il-belt. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.

Is-Sitt Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn Ruma fejn ikollna ċans ta’ ftit sigħat nerġgħu nitpaxxew bil- monumenti li jżewqu din il-belt stupenda. Filgħaxija nieħdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fid-9pm u tasal Malta fl-10:30pm

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu. Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?