Niskopru l-ġmiel tar-reġjun tal-Campania fuq medda ta’ sitt ijiem fi żmien il-festi tal-Għid, f’tour li jkopri Reggia di Caserta, Pietrelcina fejn twieled Patri Piju tal-Pjagi, Benevento u Castelvenere, Paestum u mbagħad il-famuża Costiera ta’ Amalfi bl-ibliet ta’ Amalfi, Positano, Vietri sul Mare u l-gżira ta’ Capri. Gastronomija, baħar, lumi, ilwien u fuq kollox ħajja vibranti kif taf toffri biss il-belt mitika ta’ Napli; il-belt ta’ elf kulur!
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Data:
24 sa 29 ta’ Marzu 2027
Prezzijiet għal kull persuna:
Adulti: €930
Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €895
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Ruma li titlaq fis-6:10am. Fl-Ajruport ta’ Ruma nsibu l-karozza privata tistenniena biex teħodna lejn Reggia di Caserta li huwa palazz spettakolari b’ġonna mill-isbaħ (ħlas tad-dħul inkluż fil-prezz). Dan huwa l-akbar palazz irjali fid-dinja u huwa wirt dinji tal-UNESCO. Hawn ikollna ċans idduru mal-palazz, mimli arti, għamara u dekorazzjonijiet il-ġmiel tagħhom, fosthom ukoll presepju Naplitan enormi, u mal-ġonna tiegħu, u nirrilassaw f’dan l-ambjent uniku. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda (San Luca Hotel 4*) li tinsab f’Battipaglia fil-provinċja ta’ Salerno fir-reġjun Campania. Nissetiljaw fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena.
It-Tieni Ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon illum nitilqu lejn iż-żona tad-dwieli fil-provinċja ta’ Benevento li tissejjaħ Sannio. Hawnhekk ikollna l-opportunità ngawdu minn veduti mill-isbaħ qalb dwieli ma jaqtgħu xejn. Nerħulha lejn Pietrelcina magħruf aħjar bħala r-raħal li fih twieled u għex parti minn ħajtu l-qaddis popolari Padre Pio ta’ Pietrelcina. Hawn ikollna ċans ingawdu dan il-post karatteristiku u nesperjenzaw d-devozzjoni lejn dan il-qaddis kbir tal-Knisja Kattolika billi naraw id-dar ta’ tfulitu, il-knejjes tal-Kapuċċini u l-mużew bil-memorabilja tal-qaddis. Wara nibqghu sejrin f’ristorant imdawwar bid-dwieli li se jospitana għall-ikla (inkluża fil-prezz flok iċ-ċena fil-lukanda). Qabel nidħlu l-lukanda, ikollna waqfa qasira fil-belt sabiħa ta’ Benevento.
It-Tielet Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn il-port minn fejn naqbdu dgħajsa (inkluża fil-prezz) biex immorru fuq il-gżira ta’ Capri. Capri hija probabbli l-aktar gżira turistika magħrufa fid-dinja għall-ħajja esklussiva li toffri u x-xenarji uniċi. Hawnhekk inqattgħu ġurnata sħiħa. Naslu Marina Grande, u wieħed jista’ jżur Capri u anke Anacapri. Tard waranofsinhar nerġgħu nirkbu d-dgħajsa li teħodna lura Napli fejn ikun hemm il-karozza tistenniena biex teħodna lura l-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Paestum fejn ikollna l-opportunità unika li naraw kif tiġi proċessata l-Mozzarella di Bufala kif ukoll induquha għand Tenuta Vannulo. Wara nitilqu lejn ir-raħal ta’ Vietri sul Mare li barra l-veduti sbieħ li jagħtu fuq il-baħar, huwa magħruf ħafna għax-xogħol taċ-ċeramika. Waranofsinhar nerħulha lejn ċentru kummerċjali kbir fejn wieħed ikun jista’ jagħmel ftit xiri mill-aqwa. Minn hawn nerħulha lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Wara l-kolazzjon illum nirkbu l-karozza biex nitilqu lejn il-port mnejn naqbdu d-dgħajsa għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa ta’ Amalfi u Positano li huma żewġ irħula popolari ħafna fil-Costiera Amalfitana (ħlas tad-dgħajsa inkluż fil-prezz). Ikollna wkoll ħin liberu għax-xiri u biex wieħed iżur ftit postijiet ta’ interess fiż-żewġ irħula li nżuru. Illum iċ-ċena tkun barra mil-lukanda u fiha nkunu nistgħu ngawdu fost affarijiet oħra l-pizza unika li kapaċi jagħmlu f’dawn in-naħat (dejjem inkluża fil-prezz).
Is-Sitt Ġurnata
Illum nieħdu l-kolazzjon, inqiegħdu l-bagalji fil-karozza u nitilqu lejn il-belt meraviljuża ta’ Napli fejn inqattgħu ġurnata sħiħa. Hawn ikollna l-ħin nammiraw il-monumenti u x-xenarji li hija mogħnija bihom din il-belt fosthom il-vulkan maestuż ta’ Vesuvio, Piazza del Plebiscito, il-Galeria Umberto I, it-Teatro Reale San Carlo, via Toledo, il-Kwartieri Spanjoli, u min irid jista’ jasal bil-mixi jew bit-taxi sa Via San Gregorio Armeno magħrufa tant għall-pasturi u l-presepji u l-Katidral ta’ San Gennaro. Ovvjament hawn ukoll ikun hemm opportunità tajba ħafna ta’ xiri madwar iċ-ċentru storiku ta’ din il-belt. Waranofsinhar nitilqu lejn l-Ajruport ta’ Fiumicino, Ruma, fejn nieħdu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq fid-9pm u tasal Malta fl-10:30pm.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.