Croatia: The Timeless Beauty Tour 2027

€980

adults

€950

children under 12

Tour madwar il-kapitali tal-Kroazja, Zagreb, u bosta rħula oħra ħdejn il-baħar sabiħ li joffri dan il-pajjiż. Ma tonqosx in-natura fil-forma ta’ għadajjar, kaskati impressjonanti u xmajjar li jżewqu dan il-ġojjell. Noqogħdu f’lukanda family-run, fir-raħal ta’ Fužine, raħal ħelu mdawwar bl-ilma u n-natura.

Travel Dates

total of 7 dates

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Dati:
1. 08 sa 13 ta’April, 2027
2. 27 ta’ Mejju sa 01 ta’ Ġunju, 2027
3. 17 sa 22 ta’ Ġunju, 2027
4. 01 sa 06 ta’ Lulju, 2027
5. 08 sa 13 ta’ Lulju, 2027
6. 02 sa 07 ta’ Settembru, 2027
7. 09 sa 14 ta’ Settembru, 2027

Prezz:
Adulti: €980 
Tfal sa 11 il-sena: €950

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta filgħodu biex nirkbu t-titjira Ryanair li titlaq lejn Zagreb fl-10:15am u tasal f’12:10pm. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna il-vjaġġ kollu. L-ewwel waqfa tagħna tkun fir-raħal pittoresk ta’ Rastoke. Dan hu raħal żgħir tal-ħolm, fil-veru sens tal-kelma. Niġbru l-biljetti (prezz tal-biljett inkluż) u nibdew nesploraw dan ir-raħal imdawwar b’ilmijiet, kaskati, djar tal-injam, u mtieħen tal-ilma, dejjem għas-serenita’ tan-natura. Filgħaxija nitilqu lejn Hotel Bitoraj fir-raħal ta’ Fužine, raħal ħelu mdawwar b’foresti u għadira sabiħa. Nissetiljaw fil-kmamar u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita’ unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inbid u ilma inklużi fil-prezz).

It-Tieni Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn il-peniżola ta’ Istria biex niskopru l-belt ta’ Rovinj u ċ-ċentru storiku tagħha. Belt meraviljuża mibnija fuq stil Venezjan, imperrċa mal-baħar Adrijatiku. Hawn naraw toroq dojoq ikkurati, il-knisja ta’ St Euphemia b’veduti impressjonanti, ħwienet atriġjanali u ħafna aktar. Waranofsinhar nitilqu lejn Poreč, raħal ħelu fuq il-kosta, li joffri taħlita sabiħa ta’ arkittetura moderna u medjevali dejjem f’atmosfera rilassanti ħdejn il-baħar. Kif dejjem nagħmlu, hawn ukoll ikollna xi ħin liberu biex nesploraw kif nixtiequ. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena. 

It-Tielet Ġurnata
Wara l-kolazzjon nitilqu lejn Plitvice Lakes National Park. Patrimonju UNESCO, dan il-park huwa fost l-isbaħ attrazzjonijiet naturali li toffri l-Kroazja. Hawn insibu numru ta’ għadajjar, saħansitra għadajjar imtarrġin fuq xulxin, kaskati, u passaġġi minn ġol-foresti. Kif nidħlu ġol-park (biljett inkluż), nitilqu għal mixja flimkien bħala introduzzjoni. Ikollna l-ħin kollu biex ingawdu n-natura li joffri dan il-post flimkien ma’ xeni tal-għaġeb li aħna tant mixtieqa minnhom. Ikollna ħin liberu wkoll biex imbagħad ingawdu dan il-post uniku kif jogħġobna. Tard waranofsinhar nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena.

Ir-Raba’ Ġurnata
Wara l-kolazzjon illum nitilqu lejn il-gżira ta’ Krk, waħda mill-ikbar gżejjer li nsibu fl-Adrijatiku. Ngħaddu minn fuq il-pont famuż ta’ Krk li jgħaqqad din il-gżira mal-bqija tal-pajjiż u joffri xenarji spettakolari. Nibqgħu sejrin lejn Vrbnik, raħal suġġestiv fil-għoli famuż għat-toroq medjevali tassew dojoq u veduti impressjonanti tal-baħar u l-kosta Kroata. Eżatt wara, nitilqu lejn il-belt ta’ Krk li jġib l-istess isem tal-gżira fejn ikollna ħin induru l-port u t-toroq bil-ħwienet tagħhom li għandu dan il-post. Aktar tard naqbdu l-karozza u nitilqu lejn kantina tal-inbid lokali. Nagħmlu tour tal-kantina u npoġġu madwar imwejjed biex induqu prodotti u nbejjed tipiċi tal-post (inkluż fil-prezz). Filgħaxija naqbdu l-karozza u mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena. 

Il-Ħames Ġurnata
Illum nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn il-belt ta’ Opatija, pero’ qabel nagħmlu waqfa f’Trsat fejn insibu santwarju popolari tal-Madonna ta’ Trsat kif ukoll monasteru Franġiskan u kastell impressjonanti. Minn hawn inkomplu lejn Opatija, belt maestuża, magħrufa għall-vilel elganti,promenades ikkurati u baħar mill-isbaħ. Min hu dilettant, hawnhekk huwa l-ideali biex wieħed jgħum. Mill-bqija, hawn ikollna l-ħin liberu biex ingawdu din il-belt u nidħlu fl-ispirtu tal Belle Epoque u nirrilassaw fit-trankwillita ta’ din il-belt. Filgħaxija naqbdu l-karozza u mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt Ġurnata
Wara li nlestu l-kolazzjon, ngħabbu l-bagalji fil-karozza u mmorru mixja żgħira lejn l-għadira ta’ Fužine li tinsab ftit minuti bogħod mil-lukanda. Minn hawn nitilqu lejn il-kapitali Zagreb fejn ikollna ftit sigħat induru l-pjazez u attrazzjonijiet ta’ din il-belt, inkluż il-Belt ta’ Fuq u l-Belt ta’ Isfel; allura l-Katidral, is-suq, il-pjazez u l-knejjes, il-parlament, u min jixtieq anki l-funikular. Ma jonqosx ħin għax-xiri wkoll. Filgħaxija nitilqu lejn l-Ajruport ta’ Zagreb biex naqbdu t-titjira li titlaq fit-7:45pm u tasal lura Malta fl-9:45pm.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu. Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?