Sitt ijiem fil-ġimgħa tal-Għid il-Kbir fiċ-ċentru tal-Italja, fir-reġjun tal-Le Marche iżda mhux biss. Tour li jinkludi Ruma, Tivoli u Ortezzano, imma wkoll l-għerien impressjonanti ta’ Frasassi, Loreto, Assisi u l-famuża muntanja tal-Gran Sasso. Ingawdu ikel tipiku, inbejjed, u artiġjanat mill-isbaħ waqt li nkunu noqogħdu f’agrituriżmu impressjonanti, tant tipiku taċ-ċentru tal-Italja.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Data:
23 sa 28 ta’ Marzu 2027
Prezzijiet għal kull persuna:
Adulti: €930.00
Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €895.00
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kmieni filgħodu biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq lejn Ruma fis-6:10am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna matul il-vjaġġ kollu. L-ewwel waqfa tagħna tkun fil-Bażilika ta’ San Paolo Fuori le Mura f’Ruma. Wara nieqfu fir-raħal ta’ Tivoli fejn fost l-oħrajn, min irid ikollu l-opportunità jżur Villa D’Este (ħlas tad-dħul extra) Wara nerħulha lejn ir-raħal ta’ Ortezzano fir-reġjun ta’ Marche. Nissetiljaw fil-kmamar tal-agrituriżmu li se jospitana u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita’ unika li nibdew induqu ir-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inkluż dejjem fil-prezz matul iċ-ċena flimkien mal-ilma). Se nkunu noqogħdu ġo agrituriżmi mdawrin bis-skiet u l-ġmiel tal-kampanja.
It-Tieni Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Grotte di Frasassi (biljett tad-dħul inkluż fil-prezz). Dawn huma l-akbar għerien ġol-muntanji fl-Ewropa u ż-żjara tagħhom li ddum 75 minuta hija verament unika u impressjonanti. Wara li nżuru Frasassi nitilqu lejn il-belt ta’ Loreto fejn fost affarijiet oħra hemm is-Santwarju iddedikat lill-Madonna u li hemm devozzjoni kbira lejha. Hawn ikollna wkoll xi ħin liberu biex inkomplu niskopru din il-belt. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn l-agrituriżmu għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u llum naqbdu triqitna lejn il-belt stupenda ta’ Assisi (li tinsab fir-reġjun tal-Umbria). F’din il-belt iddedikata lil San Franġisk inqattgħu ġurnata sħiħa. Ikollna ħin inżuru s-santwarji Franġiskani ewlenin, lil Santa Chiara u anki lil San Carlo Acutis. Assisi toffri pasjaġġi impressjonanti u toroq mill-isbaħ għall-mixi u anke għal ftit xiri partikolari. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-agrituriżmu għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u wara nitilqu lejn ir-reġjun tal-Abruzzo. Hawn inżuru ż-żona tal-Gran Sasso li hija l-akbar muntanja tal-Appennini. Nitilgħu l-cable car (ħlas extra) għal Campo Imperatore li tinsab f’għoli ta’ 2300 metru fejn hemm probabiltà li nsibu s-silġ. Minn hawn immorru nieklu ikla tipika abruzzese (inkluża fil-prezz). Wara l-ikel inżuru s-Santwarju famuż ta’ San Gabriele. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-agrituriżmu għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Wara l-kolazzjon illum inżuru Offida fejn immorru passiġġata fiċ-ċentru ta’ dan ir-raħal magħruf ħafna għax-xogħol tal-bizzilla u fost l-oħrajn inżuru l-knisja maestuża ta’ Santa Maria della Rocca li tinsab imperrċa fuq sies għoli. Xħin joqrob nofsinhar nerħulha lejn Cantina fejn inkunu nistgħu nduqu l-inbejjed li jipproduċu (inkluża fil-prezz). Waranofsinhar immorru fil-belt stupenda ta’ Ascoli Piceno. Hawn ikollna xi ħin liberu. Wara nirkbu l-karozza u ninġabru lura għaċ-ċena.
Is-Sitt Ġurnata
Illum nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn Ruma fejn ikollna ċans ta’ ftit sigħat nitpaxxew bil-monumenti li jżewqu din il-belt stupenda. Filgħaxija nieħdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fil-11:35pm u tasal Malta fis-1:05am, billejl.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.