Easter Tour in Napoli, Positano, Capri, Pietrelcina (Padre Pio), Reggia di Caserta & More

€840

adults

€770

children under 12

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

Travel Dates 2024

26/03 – 31/03

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 1. Fiumicino Airport
  • 2. Reggia di Caserta
  • 3. Capri Island
  • 4. Naples
  • 5. Pietrelcina
  • 6. Costiera Amalfitana

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Prezz għal kull persuna
Adulti: €840
Tfal bejn 2 u 11- il sena: €770

Data:
26 sa 31 ta’ Marzu 2024

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira Airmalta għal Ruma KM612 li titlaq 7:40am. Fl-ajruport ta’ Ruma nsibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna lejn Reggia di Caserta li huwa palazz spettakolari b’ġonna mill-isbaħ (ħlas tad-dħul inkluz fil-prezz). Dan huwa l-akbar palazz Rjali fid-dinja u huwa patrimonju Mondjali UNESCO. Hawn ikollkom ċans idduru mal-palazz u mal-ġonna tiegħu u tirrilassaw f’dan l-ambjent uniku. Wara nerħulha lejn iċ-ċentru kummerċjali Campania fejn tistgħu tagħmlu ftit shopping mill-aqwa. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda (San Luca Hotel 4*) li tinsab ġewwa Battipaglia fil-provinċja ta’ Salerno fir-reġjun Campania. Nissetiljaw fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena.

It-Tieni ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u  nitilqu lejn il-port ta’ Napli minn fejn naqbdu dgħajsa (inkluża fil-prezz) biex immorru fuq il-gżira ta’ Capri. Capri forsi hija l-aktar gżira turistika magħrufa fid-dinja għall-ħajja esklussiva li toffri u x-xenarji uniċi. Hawnhekk inqattgħu ġurnata sħiħa ġewwa Marina Grande, Capri u Anacapri. Tard waranofsinhar nerġgħu nirkbu d-dgħajsa li teħodna lura Napli fejn ikun hemm il-coach tistenniena biex teħodna lura l-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna lejn il-belt meraviljuza ta’ Napli fejn inqattgħu ġurnata sħiħa. Hawn ikollna l-ħin nammiraw il-monumenti u x-xenarji li hija mogħnija bihom din il-belt fosthom il-vulkan maestuż ta’ Vesuvio. Ovvjament anke hawn ikun hemm opportunità tajba ħafna ta’ shopping madwar iċ-ċentru storiku ta’ din il-belt. Tard waranofsinhar naqbdu triqtna lura imma llum iċ-ċena tkun barra mil-lukanda u fiha nkunu nistgħu ngawdu fost affarijiet oħra l-pizza unika li kapaċi jagħmlu f’dawn in-naħat (dejjem inkluża fil-prezz).

Ir-Raba’ ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon illum nitilqu lejn iż-żona tad-dwieli fil-provinċja ta’ Benevento li tissejjaħ Sannio. Qabel però immorru Pietrelcina magħruf aħjar bħala r-raħal li fih twieled u għex parti minn ħajtu l-qaddis popolari Padre Pio ta’ Pietrelcina. Hawn ikollna ċans ingawdu dan il-post karatteristiku u nesperjenzaw d-devozzjoni lejn dan il-qaddis kbir tal-knisja kattolika.  Illum flok l-ikla ta’ filgħaxija noffrulkom l-ikla ta’nofsinhar (inkluża fil-prezz) ġewwa agriturismo mdawwar bid-dwieli. Hawnhekk ikollna l-opportunità ngawdu minn veduti mill-isbaħ ġewwa dwieli ma jaqtgħu xejn. Wara l-ikel nerħulha nirkbu l-kowċ u nirritornaw il-lukanda wara ġurnata oħra mimlija daqs bajda.

Il-Ħames ġurnata
Wara l-kolazzjon nitilqu  lejn Costiera Amalfitana għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa (permezz ta’ coaches żgħar) ta’ Sorrento, Positano u Vietri sul Mare li huma tlett irħula popolari ħafna fil-Costiera Amalfitana kollha mogħnija b’xenarji tal-ħolm. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Filgħaxija nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni filgħodu u nitilqu lejn l-ajruport ta’ Ruma, fejn nieħdu t-titjira tal-Airmalta KM613 li titlaq fl-10am u tasal Malta 11.25am.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
(+356) 27564323
Email: admin@sisutours.com
50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?