Nesploraw il-qalba tal-Italja, fost irħula pittoreski, kaskati spettakolari u xenarji mill-isbaħ tal-muntanji. Inżuru positjiet bħal Campo Imperatore, Cascate delle Marmore, Grotte di Stiffe, flimkien ma’ Spoleto, kif ukoll il-belt ta’ Ruma u l-Vatikan.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Dati:
26 sa 31 ta’ Marzu, 2027
Prezzijiet:
€930 – Kull adult f’kamra doppja
€895 – Tfal taħt it-12-il sena
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq fis-6:10am u tasal Ruma fit-7:45am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna matul il-ġimgħa kollha. Din tħallina fiċ-ċentru ta’ din il-belt meraviljuża u hawn inqattgħu ftit sigħat inżuru l-belt tal-Vatikan u t-teżori li tħaddan. Waranofsinhar nerġgħu nerħulha lejn il-lukanda 3* Fiordigigli li tinsab taħt il-muntanja maestuża tal-Gran Sasso li hija l-akbar muntanja tal-Appennini. Nissetiljaw fil-kmamar u ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita’ unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inkluż dejjem fil-prezz matul iċ-ċena flimkien mal-ilma). Se nkunu noqogħdu ġo post imdawwar bis-skiet u l-ġmiel tal-muntanji u tal-kampanja.
It-Tieni Ġurnata
Wara l-kolazzjon, l-ewwel waqfa tagħna tkun ġewwa Le Grotte di Stiffe (biljett inkluż fil-prezz). Dawn huma għerien ġmiel tan-natura mżejna bi xmara u kaskati tal-ilma. Wara nagħmlu waqfa f’azjenda li tipproduċi prodotti marbutin ma’ laħam u ġobon. Hawn induqu prodotti tipiċi tar-reġjun fosthom l-arrosticini Abruzzese (inkluża fil-prezz), filwaqt li ngawdu l-ambjent tal-muntanji. Iktar tard waranofsinhar inżuru borgo mejdevali ċkejken jismu Santo Stefano di Sessano fejn inqattgħu ftit ħin ingawdu is-sempliċita’ ta’ dan il-post. Filgħaxija mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Illum l-Għid il-Kbir, nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn ir-raħal ta’ Sulmona fejn immorru passiġġata fiċ-ċentru ta’ dan ir-raħal magħruf ħafna għall-produzzjoni tal-confetti, li huwa ħelu bil-lewż li jingħata l-aktar waqt it-tiġijiet. Fil-ħin liberu, min irid, jista jingħaqad mal-folla numeruża fi Piazza Garibaldi, u jassisti għal waħda mill-iktar tradizzjonijiet importanti fir-reġjun, ‘La Madonna Che Scappa’ – avveniment uniku tal-Għid il-Kbir fl-Abruzzo. Wara jkun imiss li nżuru l-belt stupenda tal-Aquila li ftit snin ilu ġarrbet ħsarat kbar mit-terremot u li llum qed tiġi rrestawrata u mogħtija l-ħajja mill-ġdid. Hawn ikollna ħin liberu fil-qalba tal-belt. Nippassiġġaw fiċ-ċentru storiku tagħha li huwa mogħni bi pjazez u monumenti mill-isbaħ. Filgħaxija nerġgħu lura l-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u llum nidħlu fir-reġjun tal-Umbria. L-ewwel nibdew mill-belt spettakolari ta’ Spoleto. Ikollna xi ħin niskopru din il-belt stupenda li għandha oriġini Rumani kif ukoll ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Wara inżuru Le Cascate delle Marmore – kaskati tal-ilma impressjonanti (dħul inkluż fil-prezz). Hawn ikollna l-opportunità nitpaxxew b’veduti meraviljużi u ngawdu n-natura li żżewwaq din iż-żona. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Wara l-kolazzjon illum nibqgħu qrib il-lukanda u nitilgħu Campo Imperatore permezz ta’ cable car (ħlas extra) fejn naslu ‘l fuq minn 1800 metru u minn fejn inkunu nistgħu ngawdu l-muntanji maestużi u s-silġ. Minn hawn immorru naraw is-Santwarju ta’ San Gabriele u wara nieklu ikla tipika Abruzzese (inkluża fil-prezz flok l-ikla ta’ filgħaxija). Wara l-ikel inżuru x-Shopping Centre ‘Gran Sasso’ fejn ikollna ħin għax-xiri sa filgħaxija.
Is-Sitt Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Ruma fejn ikollna ċans ta’ ftit sigħat tajbin nitpaxxew bil-monumenti li jżewqu din il-belt stupenda. Min jixtieq, ikollu biżżejjed ħin għax-xiri wkoll. Filgħaxija fid-9pm nieħdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li tasal lura Malta fl-10:30pm.
Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq, għalhekk il-ġranet huma biss indikattivi. M’għandna l-ebda kontroll fuq avvenimenti esterni ogranizzati minn terzi, li jistgħu jiġu milquta mit-temp, folol, etc.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.