L-aktar vaganza popolari ma’ Sisu Tours, fil-Friuli, fl-Awstrija u Slovenja tirritorna, issa b’5 dati oħra fix-xitwa tal-2027, biex ingawdu l-panorami meraviljużi fl-istaġun tas-silġ. Meravilja ta’ għaddajjar b’Chiemsee fil-Ġermanja, Bohinj u Bled fis-Slovenja u Fusine fl-Italja. Imbagħad l-ibliet stupendi ta’ Ljubljana fis-Slovenja, u Villach, Ossiach u Maria Worth fl-Awstrija. Kartolina tal-Milied, fuq sitt ijiem fi tliet pajjiżi!
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Prezzijiet:
€920 – Adulti
€890 – Tfal sa ħdax-il sena
Dati:
1) 12 sa 17 ta’ Jannar, 2027
2) 19 sa 24 ta’ Jannar, 2027
3) 07 sa 12 ta’ Frar, 2027
4) 13 sa 18 ta’ Frar, 2027
5) 27 ta’ Frar sa 04 ta’ Marzu, 2027
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Nirkbu t-titjira KM306 tal-KM Malta Airlines li titlaq fis-7:15am lejn Munich u tasal fl-9:45am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna matul it-tour kollu. L-ewwel waqfa tagħna tkun f’lake fil-Ġermanja jisimha Chiemsee fejn ikollna ċans nibdew ingawdu l-ġmiel tan-natura fl-aqwa tagħha. Wara nerġghu nirkbu il-kowċ li twassalna fir-raħal ta’ Fusine in Val Romana (Tarvisio, Italja) fejn se jkollna l-lukanda li se tospitana. Se nkunu noqogħdu ġo lukanda tipika ta’ dawn in-naħat (Albergo al Sole) imdawrin bis-skiet u l-ġmiel tal-kampanja u l-muntanji. Nidħlu fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena.
It-Tieni Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Lake Bohinj u Lake Bled li jinsabu fis-Slovenja fejn ikollna ġurnata sħiħa ngawdu l-pajsaġġ u l-atmosfera maġika ta’ dawn il-postijiet. Hawn ikollna l-opporunità nduru mal-lakes, u min irid jista’ anki jaqsam bid-dgħajsa għal fuq il-gżira ta’ Bled (ħlas extra, dejjem jekk it-temp jippermetti) waqt li nduqu l-ħelu tipiku tal-post. Filgħaxija nirkbu l-karozza u mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u wara nitilqu lejn Ljubljana, il-kapitali tas-Slovenja fosthom il-Kastell, il-Katidral, is-Suq u l-Knisja ta’ San Franġisk. Hawn ikollna l-ħin biex inżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża, iċ-Ċentru Kummerċjali enormi ‘City Park’ u jkollna ukoll ħin liberu għax-xiri. Xħin isir il-ħin immorru lura l-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Wara l-kolazzjon nidħlu l-Awstrija u nżuru l-għadajjar taż-żona ta’ Carinzia, allura l-famuża għadira ta’ Ossiach, bil-monasteru impressjonanti tagħha u l-għadira pittoreska ta’ Maria Worth. Inżuru wkoll l-belt Awstrijaka ta’ Villach fejn ikollna ftit ħin liberu biex nippassiġġaw u niskopru din iż-żona bix-xenarji li jżewquha. Filgħaxija mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni oħra ta’ ġurnata sħiħa fejn fost l-oħrajn inżuru l-għadajjar ta’ Fusine li jinsabu qrib il-lukanda li se tospitana. Hawn ikollna ħin biex nagħmlu passiġġati qalb xenarji mill-isbaħ immexxija minn gwidi esperti tal-post. Eżatt wara nerħulha lejn Monte Lussari* li tagħmel parti mill-Alpi Giulie. Minn hawn naqbdu l-cable car (ħlas extra) u nitilgħu għoli ta’ 1,760 metri. Ikollna ħin liberu biex nippassiġġaw u ngawdu l-ambjent uniku ta’ dan il-post. Barra li ngawdu x-xenarji, inżuru s-santwarju li huwa magħruf bħala s-santwarju tat-tliet popli għaliex huwa destinazzjoni devota ta’ pellegrinaġġi għat-Taljani, għall-Awstrijaċi u anke għas-Sloveni. Waranofsinhar immorru nżuru r-raħal storiku u tipiku ta’ Malborghetto, Val Saisera u anki r-raħal ta’ Tarvisio, l-eqreb raħal lejn il-lukanda tagħna; tliet postijiet li żgur wieħed ma jasalx għalihom jekk mhux fuq tour ta’ din ix-xorta. Filgħaxija jkollna ċ-ċena fil-lukanda.
Is-Sitt Ġurnata
Kmieni filgħodu nqiegħdu l-bagalji fil-karozza u nitilqu lejn il-belt ta’ Salzburg, fl-Awstrija. Salzburg hija per eccellenza il-belt tal-Milied. Hawn ikollna l-opportunità nżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża b’ħin liberu biex wieħed jagħżel hu kif jixtieq jiskopri u jgawdi din il-belt. Minn hawn imbagħad immorru lejn l-ajruport ta’ Munich fejn naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fis-7pm u tasal Malta fid-9:20pm.
*Il-cable car ta’ Monte Lussari jaf tkun magħluqa għal manutenzjoni u normalment tiftaħ fit-8 ta’ Diċembru jekk ikun hemm is-silġ. Il-prezz tal-cable car għax-xitwa għadu jrid jiġi mħabbar u mhux inkluż fil-pakkett (għalhekk ħlas extra). Jekk Monte Lussari ma tkunx possibbli, inżuru Kranjska Gora u Planica.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.