L-aktar vaganza popolari ma’ Sisu Tours, fil-Friuli, fl-Awstrija u Slovenja tirritorna, issa b’4 dati fix-xitwa biex ingawdu l-panorami meraviljużi fl-istaġun tas-silġ. Meravilja ta’ għaddajjar b’Chiemsee fil-Ġermanja, Bohinj u Bled fis-Slovenja u Fusine fl-Italja. Imbagħad l-ibliet stupendi ta’ Ljubljana fis-Slovenja, u Villach, Ossiach u Maria Worth fl-Awstrija. Kartolina tal-Milied, fuq sitt ijiem fi tliet pajjiżi!
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Prezzijiet:
€920 – Adulti
€895 – Tfal sa ħdax-il sena
Dati:
1) 24 sa 29 ta’ Novembru, 2026
2) 01 sa 06 ta’ Diċembru, 2026
3) 08 sa 13 ta’ Diċembru, 2026
4) 15 sa 20 ta’ Diċembru, 2026
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Nirkbu t-titjira KM306 tal-KM Malta Airlines li titlaq fis-7:15am lejn Munich u tasal fl-9:45am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna matul it-tour kollu. L-ewwel waqfa tagħna tkun f’lake fil-Ġermanja jisimha Chiemsee fejn ikollna ċans nibdew ingawdu l-ġmiel tan-natura fl-aqwa tagħha. Wara nerġghu nirkbu il-kowċ li twassalna fir-raħal ta’ Fusine in Val Romana (Tarvisio, Italja) fejn se jkollna l-lukanda li se tospitana. Se nkunu noqogħdu ġo lukanda tipika ta’ dawn in-naħat (Albergo al Sole) imdawrin bis-skiet u l-ġmiel tal-kampanja u l-muntanji. Nidħlu fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena.
It-Tieni Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Lake Bohinj u Lake Bled li jinsabu fis-Slovenja fejn ikollna ġurnata sħiħa ngawdu l-pajsaġġ u l-atmosfera maġika ta’ dawn il-postijiet. Hawn ikollna l-opporunità nduru mal-lakes, u min irid jista’ anki jaqsam bid-dgħajsa għal fuq il-gżira ta’ Bled (ħlas extra, dejjem jekk it-temp jippermetti) waqt li nduqu l-ħelu tipiku tal-post. Filgħaxija nirkbu l-karozza u mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u wara nitilqu lejn Ljubljana, il-kapitali tas-Slovenja fosthom il-Kastell, il-Katidral, is-Suq u l-Knisja ta’ San Franġisk. Hawn ikollna l-ħin biex inżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża, iċ-Ċentru Kummerċjali enormi ‘City Park’ u jkollna ukoll ħin liberu biex induru mal-Christmas Markets ċkejknin ma’ xatt ix-xmara. Xħin isir il-ħin immorru lura l-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Wara l-kolazzjon nidħlu l-Awstrija u nżuru l-għadajjar taż-żona ta’ Carinzia, allura l-famuża għadira ta’ Ossiach, bil-monasteru impressjonanti tagħha u l-għadira pittoreska ta’ Maria Worth. Inżuru wkoll l-belt Awstrijaka ta’ Villach li tkun mixgħula u armata bil-Christmas Markets. Ġo Villach ukoll ikollna ċans nippassiġġaw u niskopru din iż-żona u nagħmlu passiġġati madwar ix-xenarji li jżewquha. Filgħaxija mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata,
Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni oħra ta’ ġurnata sħiħa fejn fost l-oħrajn inżuru l-għadajjar ta’ Fusine li jinsabu qrib il-lukanda li se tospitana. Hawn ikollna ħin biex nagħmlu passiġġati qalb xenarji mill-isbaħ immexxija minn gwidi esperti tal-post. Eżatt wara nerħulha lejn Monte Lussari* li tagħmel parti mill-Alpi Giulie. Minn hawn naqbdu l-cable car (ħlas extra) u nitilgħu għoli ta’ 1,760 metri. Ikollna ħin liberu biex nippassiġġaw u ngawdu l-ambjent uniku ta’ dan il-post. Barra li ngawdu x-xenarji, inżuru s-santwarju li huwa magħruf bħala s-santwarju tat-tliet popli għaliex huwa destinazzjoni devota ta’ pellegrinaġġi għat-Taljani, għall-Awstrijaċi u anke għas-Sloveni. Waranofsinhar immorru nżuru r-raħal storiku u tipiku ta’ Malborghetto, Val Saisera u anki r-raħal ta’ Tarvisio, l-eqreb raħal lejn il-lukanda tagħna; tliet postijiet li żgur wieħed ma jasalx għalihom jekk mhux fuq tour ta’ din ix-xorta. Filgħaxija jkollna ċ-ċena fil-lukanda.
Is-Sitt Ġurnata,
Kmieni filgħodu nqiegħdu l-bagalji fil-karozza u nitilqu lejn il-belt ta’ Salzburg, fl-Awstrija. Salzburg hija per eccellenza il-belt tal-Milied. Hawn ikollna l-opportunità nżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża u jkollna ukoll ħin liberu biex induru mal-Christmas Markets tagħha. Minn hawn imbagħad immorru lejn l-ajruport ta’ Munich fejn naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fis-7pm u tasal Malta fid-9:20pm.
Fil-ġimgħat differenti li se jkun hemm it-tours jista’ jkun li nattendu għal attivitajiet u festi tradizzjonali tal-istaġun tal-Milied. Xi wħud minnhom jistgħu jkunu bi ħlas.
*Il-cable car ta’ Monte Lussari jaf tkun magħluqa għal manutenzjoni u normalment tiftaħ fit-8 ta’ Diċembru jekk ikun hemm is-silġ. Il-prezz tal-cable car għax-xitwa għadu jrid jiġi mħabbar u mhux inkluż fil-pakkett (għalhekk ħlas extra). Jekk Monte Lussari ma tkunx possibbli, inżuru Kranjska Gora u Planica.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.