Golden Alps: Autumn 2026 in Südtirol, Austria & Germany

€965

adults

€945

children under 12

Tour ibbażat ġewwa r-reġjuni ta’ Südtirol (Italja) u Tirol (Awstrija) fejn għandna għażla sabiħa ta’ excursions kemm fi rħula u bliet tipiċi kif ukoll natura, muntanji u lakes. Nżuru wkoll il-belt stupenda ta’ Munich.

Travel Dates

25/10 – 30/10

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Prezzijiet:
€965 – Adulti
€945 – Tfal sa 11 -il sena

Data:
25 sa 30 ta’ Ottubru, 2026

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li teħodna Munich u li titlaq 7.15am. Niġbru l-bagalji u nitilqu lejn il-belt ta’ Munich (Germanja) fejn jkollna l-opportunità nduru ċ-ċentru storiku tagħha. Waranofsinhar nerġgħu nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn il-lukanda 3* Hotel Post Maria Trens li tinsab qalb il-muntanji maestużi tas-Südtirol ġewwa l-Italja. Nissetiljaw fil-kmamar u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita’ unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inbid u ilma nklużi fil-prezz). Se nkunu noqogħdu ġo post imdawwar bis-skiet u l-ġmiel tal-muntanji u tal-kampanja.

It-Tieni ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u mmorru niskopru  l- belt spettakolari ta’ Bolzano. Bolzano hija l-kapitali u l-akbar belt taljana tas-Südtirol. Hawn inqattgħu nofs ta’ nhar niskopru din il-belt stupenda. Ikollna ċans induru maċ-ċentru storiku tagħha fejn ikollna ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Waranofsninar immorru nżuru l-belt ta’ Merano.  Hawn ikollna l-opportunità nitpaxxew b’veduti meraviljużi u ngawdu n-natura li żżewwaq din iż-żona. Wara li nkunu żorna ċ-ċentru storiku tard waranofsinhar nirkbu l-kowċ u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u llum nerġgħu nidħlu l-Awstrija. L-ewwel waqfa tagħna tkun fi Swarovski Crystal World (biljett tad-dħul inkluċ fil-prezz). Hawn ikollna ċans nitpaxxew f’dinja tal-ħolm maħluqa minn din id-ditta tant rinomata. Wara Zwarovski nerħulha lejn l -belt spettakolari ta’ Innsbruck. Hawn inqattgħu nofs ta’ nhar niskopru din il-belt stupenda. Ikollna ċans induru maċ-ċentru storiku tagħha. Hawn ikollna ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Innsbruck għandha xelta kbira ta’ ħwienet u shopping centres. Tard waranofsinhar nirkbu l-kowċ u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon, illum nitilqu lejn iż-żona tad-Dolomiti, fejn se ngawdu żewġ lagi mill isbaħ. L-ewwel nieqfu Lago di Braies, meqjusa bħala l-Ġojjel tad-Dolomiti. Ikollna bizzejjed ħin induru madwar il-lake u nirrilassaw fost in-natura li joffri dan il-post. Wara nitilqu ghal Lago di Dobbiaco. Hawnekk ukoll post fejn tistrieħ fis-silenzju, imdawwar bil muntanji u foresti. Wara mmorru Brunico li hija l-akbar belt ġewwa l-Wied ta’ Val Pusteria fil-provincja taljana tas-Südtirol u li tinsab bejn ix-xmajjar Ahr u Rienz. Hawn ikollna ħin biżżejjed biex niskopru u nippassiġġaw  fiċ-ċentru storiku tagħha. Minn hawn tard waranofsinhar nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn wied pittoresk fid-Dolomiti, Val di Funes. Se nerġgħu nqattgħu ħin imdawrin b’xeni tal-ħolm. Se jkollna l opportunita li nagħmlu passiggata sabiha qalb in natura u l-muntanji ta’ dawk l-inhawi. Minn hawn immorru niskopru  l-belt stupenda ta’ Bressanone. Bressanone hija t-tielet l-akbar belt taljana tas-Südtirol u l-eqdem belt tal-provinċja. Hawn inqattgħu numru ta’ sigħat niskopru din il-belt stupenda. Ikollna ċans induru maċ-ċentru storiku tagħha. Hawn ikollna ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Waranofsninar immorru nżuru l-belt ta’ Vipiteno li tinsab qrib ħafna l-lukanda tagħna. Wara li nkunu żorna ċ-ċentru storiku, tard waranofsinhar nirkbu l-kowċ u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata
Wara l-kolazzjon, npoġġu l-bagalji fil-coach u nitilqu lejn l-ajruport ta’ Munich. Fit-triq nieqfu Lake Achensee ġewwa l-Awstrija u li hija magħrufa bħala l-Fjord ta-Alpi. Din hija l-akbar lake fl-Istat federali awstrijak tat-Tirol. Waranofsinhar naqbdu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq minn Munich fil 20:00 u tasal lura Malta 22:20.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu. Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?