Hungary with a touch of Slovakia Tour

€840

adults

€790

children under 12

Tour ibbażat ġewwa l-Ungerija fejn naraw il-belt kapitali majestuża ta’ Budapest. Ingawdu n-natura f’postijiet bħal Eger kif ukoll Lillafüred. Inżuru ukoll ghal ftit sigħat il-belt ta’ Kosice fis-Slovakia. Programm mimli daqs bajda.

Travel Dates 2024

04/06 – 09/06 | 10/09 – 15/09 | 08/10 – 13/10

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 1. Rome & The Vatican
  • 2. Ortezzano
  • 3. Offida
  • 4. Grotte di Frasassi
  • 5. Assisi

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Prezz kull persuna
Adulti: €840
Tfal bejn 2 u 11- il sena: €790

Dati:
Tour 1)
4 June to 9 June 2024
Tour 2)
10 Sep to 15 Sep 2024
Tour 3)
8 Oct to 13 Oct 2024

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Vienna li titlaq 6:05. Fl-ajruport ta’ Vienna nsibu kowċ privat jistenniena. L-ewwel waqfa tagħna tkun fil-kapitali Ungeriza ta’ Budapest fejn ikollna l-ewwel eskursjoni fil-parti ta’ Buda. Hawn fost affarijiet oħra nżuru ċ-Ċittadella, Buda Castle, Matthias Church u Fisherman’s Bastion. Nagħmlu wkoll river cruise fuq ix-xmara Danubju (inkluza fil-prezz). Wara nirkbu l-coach u nerħulha lejn il-lukanda li se tospitana u li tinsab ftit ‘il barra minn Budapest ġo belt ħelwa jisimha Eger magħrufa ħafna għall- produzzjoni tal-inbid. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.

It-Tieni ġurnata
Wara l-kolazzjon nohorgu mill-lukanda u mmorru niskopru c-centru storiku tal-belt ta’ Eger. Fost l-ohrajn inzuru l-Kastell ta’ Eger (hlas extra), is-Suq, il- Minaret, St. John Cathedral u Dobo Square. Hawn ikollna wkoll hin liberu ghas-shopping. Ghal habta ta’ nofsinhar nzuru Toth Ferenc Winery fejn barra li naghmlu tour tal-kantina jkollna l-opportunità ta’ wine tasting mdawwra b’xenarji ta’ dwieli kull fejn thares. Wara din l-esperjenza unika mmorru nistriehu ftit il-lukanda biex imbaghad nergghu nohorgu u mmorru f’dak li huwa msejjah The valley of the Beautiful Woman fejn ikollna l-ikla ta’ filghaxija. Wara l-ikel u gurnata mimlija daqs bajda il-coach tehodna lura l-lukanda ghal mistrieh misthoqq.

It-Tielet ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon illum nibdlu l-pajjiż u nitilqu lejn Slovakia fejn inżuru l-belt ta’ Kosice. Hawn ikollna l-opprtunità nduru maċ-ċentru storiku ta’ din il-belt kif ukoll s-shopping mal- Aupark. Waranofsinhar nerġgħu nidħlu l-Ungerija u mmorru’ Lillafüred fejn ikollna ċans ingawdu natura mill-isbaħ fosthom Hámori lake u Szinva waterfall. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nerġgħu nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa lejn il-belt ta’ Budapest fejn però din id-darba jkollna l-opportunità nżuru l-parti ta’ Pest. Fost affarijiet oħra jkollna l-opportunità nammiraw il-Parlament, St. Stephen’s Basilica, Danube Promenade, Heroes’ Square, Central Market Hall u oħrajn. Hawn ma jistax jonqos  xi ftit shopping fit-triqat principali tal-belt. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u llum nitilqu lejn l-park nazzjonali ta’ Hortobágy fejn ikollna l-opportunità nassistu għal show ta’ żwiemel (inkluż fil-prezz)li tant huma magħrufin għalih f’ dan il-pajjiż. Wara mmorru fil-park naturali ta’ Szilvásvárad fejn inkunu nistgħu ngawdu natura inkontaminata u nitpaxxew bix-xenarji li joffri dan il-post. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon  u nitilqu lejn l-ajruport ta’ Vienna, fejn nieħdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq f’17.00.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
(+356) 27564323
Email: admin@sisutours.com
50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?