Christmas in Hungary with a touch of Slovakia 2026

€920

adults

€895

children under 12

Tour ibbażat fl-Ungerija fejn naraw il-belt kapitali majestuża ta’ Budapest. Ingawdu n-natura f’postijiet bħal Eger kif ukoll Lillafüred fejn naraw għadira u kaskata tal-ilma. Inżuru wkoll għal ftit sigħat il-belt ta’ Kosice fis-Slovakia. Programm mimli daqs bajda f’atmosfera tal-Milied.

Travel Dates

05/12 – 10/12 | 12/12 – 17/12

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 2. Budapest
  • 3. Eger
  • 4. Kosice
  • 5. Lillafured
  • 6. Gyöngyös

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Prezzijiet:
Adulti: €920
Tfal taħt it-12-il sena: €895

Dati: 
1) 05 sa 10 ta’ Diċembru, 2026
2) 12 sa 17 ta’ Diċembru, 2026

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira Ryanair għal Budapest li titlaq fit-10:00am. Fl-Ajruport ta’ Budapest insibu l-kowċ privat jistenniena. L-ewwel waqfa tagħna tkun fil-kapitali Ungeriza ta’ Budapest fejn ikollna l-ewwel waqfa tagħna biex naraw iż-żona ta’ Heroes’ Square u nqattgħu ftit ħin liberu ġewwa din il-belt unika qabel nitilqu. Nirkbu l-karozza u nerħulha lejn il-lukanda li se tospitana u li tinsab ‘il barra minn Budapest ġo belt ħelwa jisimha Eger magħrufa ħafna għall-produzzjoni tal-inbid. Naslu l-lukanda, nidħlu fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.

It-Tieni Ġurnata
Wara l-kolazzjon noħorġu mill-lukanda u mmorru niskopru ċ-ċentru storiku tal-belt ta’ Eger. Fost l-oħrajn inzuru l-Kastell ta’ Eger (ħlas extra), is-Suq, il-Minaret, il-Katidral ta’ San Ġwann, u Dobo Square. Hawn ikollna wkoll ħin liberu għax-xiri u biex niskopru l-Christmas Markets ta’ din il-belt. Waranofsinhar nżuru Toth Ferenc Winery fejn barra li nagħmlu tour tal-kantina jkollna l-opportunità ta’ wine tasting (inkluża fil-prezz). Wara din l-esperjenza unika mmorru nistrieħu ftit il-lukanda u min irid jista’ jerġa’ jmur fil-pjazza prinċipali ta’ Eger li tinsab anqas minn 10 minuti bil-mixi mil-lukanda u fejn ikun għad hemm il-Christmas Markets bl-atmosfera tal-Milied. Filgħaxija jkollna ċ-ċena fil-lukanda.

It-Tielet Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u llum nitilqu lejn ir-raħal ta’ Gyöngyös li jinsab f’Mátra, reġjun pittoresk fl-Ungerija. Minn Gyöngyös naqbdu mini-train li teħodna minn ġol-foresta sa Mátrafüred – villaġġ ħelu fil-muntanji. Hawn ukoll ingawdu n-natura meraviljuża ta’ dan ir-reġjun. Minn hawn il-karozza teħodna Sástó li hija l-ogħla lake naturali tal-Ungerija fejn ingawdu t-trankwillitá u l-veduti sbieħ li joffri dan il-post. Iktar tard wara nofsinhar immorru Szilvásvárad fejn ikollna l-opportunità nassistu għal spettaklu ta’ żwiemel (inkluż fil-prezz) li tant huma magħrufin għalih f’dan il-pajjiż. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena. Wara ġurnata fin-natura, ikollna ċ-ċena fil-lukanda bħas-soltu.

Ir-Raba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nerġgħu nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa lejn Budapest fejn ikollna l-opportunità nżuru l-parti ta’ Pest. Fost affarijiet oħra naraw il-Parlament, il-Bażilika ta’ San Stiefnu, il-Promenade tad-Danubju, Heroes’ Square, is-Suq Ċentrali u oħrajn. Nagħmlu wkoll river cruise fuq ix-xmara Danubju (inkluża fil-prezz). Hawn ma jistax jonqos xi ftit xiri fit-triqat prinċipali tal-belt, inklużi s-swieq tal-Milied fil-pjazez il-kbar. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Il-Ħames Ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon, illum nibdlu l-pajjiż u nitilqu lejn Slovakia biex inżuru l-belt ta’ Kosice. Hawn ikollna l-opportunità nduru maċ-ċentru storiku ta’ din il-belt bis-swieq tal-Milied, kif ukoll ix-shopping mall Aupark. Waranofsinhar nerġgħu nidħlu l-Ungerija u mmorru Lillafüred fejn ikollna ċans ingawdu natura mill-isbaħ fosthom Hámori lake u Szinva waterfall. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Budapest. Hawn nagħmlu ftit sigħat fil-kapitali fejn Ikollna eskursjoni fil-parti ta’ Buda. Fost affarijiet oħra nżuru ċ-Ċittadella, Buda Castle, Matthias Church u Fisherman’s Bastion. Miċ-ċentru tal-kapitali nitilqu lejn l-ajruport ta’ Budapest fejn nieħdu t-titjira Ryanair li titlaq fl-16:25pm u tasal lura Malta 18:40.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu. Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?