Bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll tlieta mill-aqwa santwarji tad-dinja, Loreto, il-Vatikan u Assisi bejn il-Milied u l-aħħar tas-sena. Niskopru ċ-ċentru tal-Italja, sabiħ dejjem, iżda aktar u aktar taħt id-dwal tal-Milied.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Data:
26 sa 30 ta’ Diċembru, 2026
Prezz:
Adulti: €820
Tfal taħt it-12-il sena: €795
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kmieni filgħodu biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq lejn Ruma fis-6:10am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna matul il-vjaġġ kollu. L-ewwel waqfa tkun fil-belt-Stat tal-Vatikan biex naraw it-teżori li tħaddan, bis-siġra u l-presepju famużi li jkollhom armati fi Pjazza San Pietru f’dawn iż-żminijiet. Wara nofsinhar nerġgħu nirkbu l-karozza u nerħulha lejn ir-raħal ta’ Ortezzano fir-reġjun ta’ Marche. Nidħlu fil-kmamar tal-agriturismo li se jospitana u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inkluż dejjem fil-prezz matul iċ-ċena flimkien mal-ilma). Se nkunu noqogħdu ġo agriturismo mdawrin bis-skiet u l-ġmiel tal-kampanja.
It-Tieni Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u naqbdu triqtna lejn il-belt stupenda ta’ Assisi (li tinsab fir-reġjun tal-Umbria). F’din il-belt inżuru s-santwarji u l-postijiet ewlenin marbuta ma’ San Franġisk u Santa Chiara iżda wkoll inżuru lill-Carlo Acutis li jinsab midfun f’din il-belt. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u wara nitilqu lejn ir-reġjun tal-Abruzzo. Hawn inżuru ż-żona tal-Gran Sasso li hija l-akbar muntanja tal-Appennini. Nitilgħu l-cable car (ħlas extra) għal Campo Imperatore li tinsab f’għoli ta’ 2300 metru fejn hemm probabiltà kbira li nsibu s-silġ. Minn hawn immorru nieklu ikla tipika abruzzese (inkluża fil-prezz). Wara l-ikel inżuru s-santwarju famuż ta’ San Gabriele. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Grotte di Frasassi (biljett tad-dħul inkluż fil-prezz). Dawn huma l-akbar għerien ġol-muntanji fl-Ewropa u ż-żjara tagħhom li ddum 75 minuta hija verament unika u impressjonanti. Wara Frasassi nitilqu lejn il-belt ta’ Loreto fejn, fost affarijiet oħra, hemm is-santwarju iddedikat lill-Madonna u li lejh hemm devozzjoni kbira. Hawn ikollna wkoll xi ħin liberu biex inkomplu niskopru din il-belt, li ovvjament se tkun imdawla ghal-festi tal-Milied. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn Ruma fejn ikollna ċans ta’ ftit sigħat nerġgħu nitpaxxew bil- monumenti li jżewqu din il-belt stupenda. Filgħaxija nieħdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fid-9pm u tasal Malta fl-10:30pm.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.