Tour popolari fir-reġjun Taljan ta’ Campania. Taħlita sabiħa ta’ eskursjonijiet, kemm fi bliet bħal Napli, kif ukoll oħrajn fejn ingawdu kampanja, baħar u veduti mill isbaħ.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Dati:
28 ta’ Dicembru 2026 – 02 ta’ Jannar 2027
Prezzijiet:
€985 Adulti
€950 Tfal taħt it-tnax-il sena
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Ruma li titlaq fis-6:10am. Fl-ajruport ta’ Ruma nsibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna lejn Reggia di Caserta, l-akbar palazz irjali fid-dinja b’ġonna spettakolari, u patrimonju dinji tal-UNESCO (ħlas tad-dħul inkluz fil-prezz). Hawn ikollna ċans induru mal-palazz, naraw il-wirja permanenti tal-presepju Naplitan li hemm fih, u nistrieħu fil-ġonna tiegħu. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda San Luca Hotel (4*) li tinsab f’Battipaglia fil-provinċja ta’ Salerno fir-reġjun tal-Campania. Nidħlu fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena.
It-Tieni Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn il-port ta’ Napli mnejn naqbdu dgħajsa (inkluża fil-prezz) biex immorru fuq il-gżira ta’ Capri. Capri forsi hija l-aktar gżira turistika magħrufa fid-dinja għall-ħajja esklussiva li toffri u x-xenarji uniċi. Hawnhekk inqattgħu ġurnata sħiħa bil-ħin għal Marina Grande, Capri u Anacapri. Tard waranofsinhar nerġgħu nirkbu d-dgħajsa lura lejn Napli biex minn hemm nerħulha lejn il-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Wara l-kolazzjon illum nitilqu lejn iż-żona tad-dwieli fil-provinċja ta’ Benevento li tissejjaħ Sannio. Hawnhekk ikollna l-opportunità ngawdu veduti mill-isbaħ ta’ dwieli ma jaqtgħu xejn. Immorru wkoll Pietrelcina magħruf aħjar bħala r-raħal li fih twieled u għex parti minn ħajtu l-qaddis popolari Padre Pio ta’ Pietrelcina. Hawn ikollna ċans ingawdu dan il-post karatteristiku u nesperjenzaw id-devozzjoni lejn dan il-qaddis kbir tal-Knisja Kattolika. Illum flok l-ikla ta’ filgħaxija il-grupp ikollu l-ikla unika ta’ nofsinhar (inkluża fil-prezz) ġewwa agriturismo mdawwar bid-dwieli. Nirritornaw il-lukanda filgħaxija wara ġurnata oħra mimlija daqs bajda.
Ir-Raba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Paestum fejn ikollna l-opportunità unika li naraw kif tiġi proċessata l-mozzarella di Bufala kif ukoll induquha. Wara nitilqu lejn ir-raħal ta’ Vietri sul Mare, li barra l-veduti sbieħ li jagħtu fuq il-baħar, huwa magħruf ħafna għax-xogħol tal-porċellana. Waranofsinhar nerħulha lejn ċentru kummerċjali kbir fejn tkunu tistgħu tagħmlu ftit shopping mill-aqwa. Tard waranofsinhar nerħulha lejn il-lukanda fejn nkunu nistgħu nistrieħu ftit biex imbaghad filgħaxija nkunu nistgħu niċċelebraw il-wasla tas-sena l-ġdida permezz tal-ikla tal-aħħar tas-sena (inkluża fil-prezz) fil-lukanda stess li se tospitana.
Il-Ħames Ġurnata
Wara l-kolazzjon nitilqu lejn Costiera Amalfitana għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa (permezz ta’ coaches żgħar) ta’ Sorrento u Amalfi li huma żewġ irħula popolari ħafna fil-Costiera Amalfitana kollha mogħnija b’xenarji tal-ħolm. Ikollna wkoll ħin liberu għax-xiri. Illum iċ-ċena tkun barra mil-lukanda (xorta inkluża fil-prezz) u fiha nkunu nistgħu ngawdu fost affarijiet oħra l-pizza unika li kapaċi jagħmlu f’dawn in-naħat ta’ Napli.
Is-Sitt Ġurnata
Illum nieħdu l-kolazzjon, inqiegħdu l-bagalji fil-karozza u nitilqu lejn il-belt meraviljuza ta’ Napli fejn inqattgħu ġurnata sħiħa. Hawn ikollna l-ħin nammiraw il-monumenti u x-xenarji li bihom hija mogħnija din il-belt fosthom il-vulkan maestuż tal-Vessuvju, il-Galleria, it-Teatru tal-Opra, il-Palazz Irjali, il-port u l-kastelli, il-Katidral ta’ San Gennaro u l-kwartieri storiċi u urbani. Ovvjament hawn ukoll ikun hemm opportunità tajba ħafna ta’ xiri madwar iċ-ċentru storiku ta’ din il-belt. Waranofsinhar nitilqu lejn l-ajruport ta’ Ruma, fejn nieħdu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq fid-9pm.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.