Napoli Tour & La Gioconda Opera

€850

adults

N/A

children under 12

Opera ‘La Gioconda’ fit-Teatru San Carlo ta’ Napoli filwaqt li jkollna eskursjonijiet lejn Napoli, Capri, Pietrelcina (Padre Pio), u aktar.

Travel Dates 2024

14/04 – 18/04

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 1. Fiumicino Airport
  • 2. Reggia di Caserta
  • 3. Capri Island
  • 4. Naples
  • 5. Pietrelcina

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Prezz: €850

Dati: 14 – 18 t’April 2024

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Ruma li titlaq 6.55am. Fl-ajruport ta’ Ruma nsibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna lejn il-belt meraviljuza ta’ Napli. Hawn ikollna l-ħin nammiraw il-monumenti u x-xenarji li hija mogħnija bihom din il-belt fosthom il-vulkan maestuż ta’ Vesuvio. Ovvjament  hawn ikun hemm opportunità tajba ħafna ta’ shopping madwar iċ-ċentru storiku ta’ din il-belt. Tard waranofsinhar nitilqu lejn il-lukanda (San Luca Hotel 4*) li tinsab ġewwa Battipaglia fil-provinċja ta’ Salerno fir-reġjun Campania. Nissetiljaw fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena.

It-Tieni ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn il-port ta’ Salerno minn fejn naqbdu dgħajsa (inkluża fil-prezz) biex immorru fuq il-gżira ta’ Capri. Capri forsi hija l-aktar gżira turistika magħrufa fid-dinja għall-ħajja esklussiva li toffri u x-xenarji uniċi. Hawnhekk inqattgħu ġurnata sħiħa ġewwa Marina Grande, Capri u Anacapri. Tard waranofsinhar nerġgħu nirkbu d-dgħajsa li teħodna lura Salerno fejn ikun hemm il-coach tistenniena. Illum iċ-ċena tkun barra mil-lukanda u fiha nkunu nistgħu ngawdu fost affarijiet oħra l-pizza unika li kapaċi jagħmlu f’dawn in-naħat (dejjem inkluża fil-prezz).

It-Tielet ġurnata
Wara l-kolazzjon, illum immorru naraw azjenda agrikola fejn tiġi prodotta l-mozzarella di bufala li tant huma magħrufin għaliha f’dawn in-naħat. Wara mmorru l-lukanda nistrieħu ftit u nippreparaw biex immorru għall-Opera. Waranofsinhar nitilqu mil-lukanda u l-ewwel immorru nieklu ikla f’ristorant fuq l-għoljiet ftit ‘il barra minn Napli. Wara nerħulha lejn Teatro San Carlo fejn nassistu għall-opera La Gioconda li tibda fit-8pm. Wara l-Opera l-coach teħodna lura l-lukanda.

Ir-Raba’ ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon illum nitilqu lejn iż-żona tad-dwieli fil-provinċja ta’ Benevento li tissejjaħ Sannio. Hawnhekk ikollna l-opportunità ngawdu minn veduti mill-isbaħ ġewwa dwieli ma jaqtgħu xejn. Immorru Pietrelcina magħruf aħjar bħala r-raħal li fih twieled u għex parti minn ħajtu l-qaddis popolari Padre Pio ta’ Pietrelcina. Hawn ikollna ċans ingawdu dan il-post karatteristiku u nesperjenzaw d-devozzjoni lejn dan il-qaddis kbir tal-knisja kattolika. Illum flok l-ikla ta’ filgħaxija noffrulkom l-ikla ta’nofsinhar (inkluża fil-prezz) ġewwa agriturismo mdawwar bid-dwieli. Minn hawn nerħulha lejn Centro Commerciale Campania fejn ikollna ħin liberu għas-shopping. Tard filgħaxija nirkbu l-kowċ u nirritornaw il-lukanda wara ġurnata oħra mimlija daqs bajda.

Il-Ħames ġurnata
Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn Reggia di Caserta li huwa palazz spettakolari b’ġonna mill-isbaħ (ħlas tad-dħul inkluz fil-prezz). Dan huwa l-akbar palazz Rjali fid-dinja u huwa patrimonju Mondjali UNESCO. Hawn ikollkom ċans idduru mal-palazz u mal-ġonna tiegħu u tirrilassaw f’dan l-ambjent uniku. Wara nerħulha lejn l-ajruport ta’ Ruma minn fejn naqbdu t-titjira li titlaq f’21.00 u tasal Malta f’22.30.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
(+356) 27564323
Email: admin@sisutours.com
50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?