Okkażjoni unika biex tifhem mnejn ġejja l-fama tat-tliet għadajjar ewlenin – Lago di Como, Lago Maggiore u Lago d’Iseo. Sitt ijiem li joffru l-ġmiel uniku li toffri l-Italja ta’ Fuq, u n-naħa t’isfel tal-Iżvizzera, bil-famużi Laghi, l-Alpi u anki bliet u rħula bħal Lugano, Bellano, Locarno, Stresa, Monza u fuq kollox Bergamo. Kultura, patrimonju u ambjent qatt ma tħalltu flimkien aktar minn f’dan ir-reġjun.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Data:
23 sa 28 ta’ Marzu 2027 (Easter week)
Prezz:
Adulti: €930
Tfal taħt it 12-il sena: €895
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Milan li titlaq fis-12:25pm u tasal Milan Linate fit-14:25pm. Fl-ajruport ta’ Milan, insibu karozza privata tistenniena biex teħodna fil-lukanda tagħna li jisimha Lake Como Golf Hotel fir-reġjun ta’ Lombardia, fir-raħal ta’ Carimate, ftit minuti bogħod minn Como. Naslu l-lukanda, nidħlu fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena.
It-Tieni Ġurnata
Wara l-kolazzjon, il-karozza teħodna fiċ-ċentru ta’ Como biex niskopru din il-belt stupenda magħrufa fost affarijiet oħra għall-promenade ta’ fuq l-għadira, il-Katidral u l-bosta ħwienet fejn min iħobb ix-xiri jkollu xalata sħiħa. Min ikun jixtieq jista’ jitla’ fuq il-cable car (ħlas extra) minn fejn ikun jista’ jgawdi veduti aktar mill-għoli ta’ dan il-post jew inkella joħroġ fuq dgħajsa li jkun hemm għall-kiri. Waranofsinhar inżuru r-raħal ta’ Bellano li huwa wkoll fuq Lake Como fejn ikollna ċans nippassiġġaw u nitpaxxew bil-veduti spettakolari li joffri dan il post. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Wara l-kolazzjon nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa lejn l-Isvizzera. L-ewwel nieqfu fil-belt ta’ Locarno li tmiss mal-parti Svizzera ta’ Lago Maggiore. Hawn ikollna ħin biżżejjed biex niskopru l-irkejjen tagħha u nippassiġġaw fuq il-promenade ta’ mal-għadira. Min irid għandu wkoll opportunità ta’ xiri. Minn hawn nitilqu lejn il-belt stupenda ta’ Lugano li tinsab ukoll madwar lake li ġġorr l-istess isem. Ikollna ħin biżżejjed biex inżuru ċ-ċentru storiku u l-ġonna spettakolari tagħha u anke hawn insibu ħafna ħwienet għal min irid jixtri. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn iż-żona ta’ Lago d’Iseo. L-ewwel waqfa tagħna tkun f’Lovere; raħal ħelu li jmiss ma’ Lago Iseo u mdawwar mill-Alpi li ħafna jżuruh biex igawdu l-kwiet u x-xenarji mill-isbaħ tal-muntanji. Ikollna ftit ħin liberu u trankwill f’Lovere. Nerġgħu nirkbu l-karozza u mmorru fil-belt ta’ Bergamo fejn nitilgħu fil-parti ta’ Bergamo Alta li hija mogħnija b’Katidral mill-isbaħ u monumenti spettakolari. Din hija wkoll il-belt fejn twieled u trabba Papa Ġwanni XXIII. Hawn ikollna ħin nippassiġġaw mat-toroq mimlija ħajja u min irid jagħmel ftit xiri. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa madwar il-Lago Maggiore fejn se nkomplu naraw xenarji spettakolari. L-ewwel waqfa tagħna tkun fir-raħal ta’ Mergozzo li jinsab fuq il-lake u fejn ikollna ċ-ċans nippassiġġaw u nammiraw il-post. Wara mmorru lejn il-belt stupenda ta’ Stresa li wkoll tinsab fuq il-Lago Maggiore, Hawn inkunu nistgħu niskopru ċ-ċentru storiku tagħha, nippassiġġaw fuq il-promenade bil-veduti tal-għaġeb li joffri fuq il-gżejjer Borromeo u, min irid, ikollu opportunità oħra ta’ xiri. Fil-ħin liberu min irid jista’ jaqsam bid-dgħajsa lejn waħda mill-gżejjer Borromeo (ħlas extra). Filgħaxija nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Is-Sitt Ġurnata
Illum nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn il-belt ta’ Monza. Hawn inqattgħu numru ta’ sigħat ingawdu ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt unika u żgur l-aħħar xiri ta’ din is-safra. Waranofsinhar nirkbu l-karozza lejn l-Ajruport ta’ Milan Linate fejn naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fid-8:45pm u twassalna lura lejn Malta fil-10:50pm.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.