Piemonte & Val d’Aosta Easter Tour 2027

€930

adults

€895

children under 12

Tour b’taħlita sabiħa ta’ eskursjonijiet. Ingawdu l-belt stupenda ta’ Turin kif ukoll iż-żona tal-Langhe, famuża għal l-inbid prestiġjuż. Naraw ukoll Courmayer kif ukoll Aosta ġewwa l-Alpi.

Travel Dates

29/03 – 03/04

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Data:
29 ta’ Marzu sa 3 ta’ April, 2027

Prezzijiet għal kull persuna:
Adulti: €930
Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €895

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq lejn Milan Linate fis-12:45pm u tasal fis-14:45. Hemm insibu l-karozza privata tistenniena biex teħodna fil-lukanda tagħna li hija 3 star (Hotel Parisi) fir-reġjun ta’ Piemonte, fil-belt ta’ Nichelino, ftit minuti bogħod minn Turin. Naslu l-lukanda, nidħlu fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena li hija 4-course bl-inbid u kafe inklużi. Wara l-ikel, min ikun irid jrid jista’ joħroġ mixja żgħira mat-tour leader biex jambjenta ruħu aħjar mal-post.

It-Tieni Ġurnata
Wara l-kolazzjon, il-karozza teħodna fiċ-ċentru ta’ Turin fejn se nagħmlu ġurnata niskopru din il-belt stupenda magħrufa għall-pjazez, monumenti, palazzi, fosthom il-palazz irjali u knejjes barokki, fosthom il-Katidral bil-Liżar ta’ Kristu, li tħaddan, u għal bosta ħwienet fejn min iħobb ix-xiri jkollu xalata sħiħa. Tard waranofsinhar inżuru l-Juventus Stadium (Allianz Arena).  Min irid ikun jista’ jieħu tour tal-Juventus Stadium jew jidħol fil-Juventus Museum (ħlas extra). Il-bqija jkollhom ħin liberu għax-xiri fil-bosta ħwienet li hemm fil-kumpless tal-istadium. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

It-Tielet Ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fejn inżuru żona tal-Piemonte magħrufa bħala Langhe. Hawn inkunu nistgħu nitpaxxew b’veduti mill-isbaħ ta’ irħula u kastelli medjevali, għoljiet u għelieqi mimlija dwieli minn fejn jiġu kkultivati u prodotti l-aqwa inbejjed ta’ dan ir-reġjun. Inżuru r-raħal ta’ Alba u għall-pranzu nitilgħu Rodello d’Alba, fil-għoli, biex nieklu pranzu kbir f’post b’veduti ta’ dwieli, raba’ u għoljiet tassew kartolina. Waranofsinhar nitilqu lura lejn Turin biex inżuru l-Bażilika ta’ Maria Ausilitarice fejn hemm midfuna San Domenico Savio u San Giovanni Bosco li twieled u għex f’din il-belt. Minn hawn immorru Eataly u ċ-ċentru kummerċjali Lingotto fejn indumu sa tard filgħaxija.

Ir-Raba’ Ġurnata
Wara l-kolazzjon nirkbu l-karozza u nitilqu lejn ir-raħal ta’ Bardonecchia fejn inqattgħu in-nofstanhar ta’ filgħodu. Bardonecchia huwa raħal ħelu fuq il-muntanji Alpi li ħafna jżuruh biex igawdu l-kwiet u x-xenarji mill-isbaħ tal-muntanji u jipprattikaw l-isports tax-xitwa. Nagħmlu passiġġata mar-raħal u min ikun jixtieq jista’ jitla’ fuq is-seggiovia (ħlas extra) minn fejn ikun jista’ jgawdi veduti aktar mill-għoli tal-muntanji li jżewqu dan il-post. Waranofsinhar nerħulha lejn l-għadira ta’ Avigliana fejn hawn ukoll inkunu nistgħu nkomplu nistrieħu u ngawdu n-natura. Minn hawn immorru nżuru l-knisja ta’ Superga li tinsab fil-għoli u ġġib lil Turin taħtha. Din hija l-knisja fejn hemm midfuna l-membri tal-familja rjali tas-Savoia. Wara nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Il-Ħames Ġurnata
Illum nieħdu l-kolazzjon u nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fejn in-natura hija spettakolari. Nieqfu Courmayeur fejn ikollna ċ-ċans nippassiġġaw u nammiraw il-post. Min irid jista’ jitla’ f’waħda mill-aktar cable cars moderni fid-dinja u jasal sa għoli ta’ aktar minn 3000 metru (ħlas extra). Din il-cable car ġiet inawgurata f’2015 u swiet 110 miljun ewro. Wara Courmayeur nerhulha lejn il-belt ħelwa ta’ Aosta fejn wieħed jista’ jimxi qalb l-arkeoloġija Rumana u toroq u pjazez kollha ħwienet sbieħ. Filgħaxija nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt Ġurnata
Illum nieħdu l-kolazzjon kmieni, u nitilqu lejn il-belt ta’ Milan. Hawn inqattgħu in-nofstanhar ta’ filgħodu ngawdu ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt unika u żgur l-aħħar xiri ta’ din is-safra. Wara nofsinhar nirkbu l-karozza lejn l-Ajruport ta’ Linate fejn fit-15:35pm naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li twassalna lura lejn Malta fil-17:35pm.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu. Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?