Piemonte & Val d’Aosta Summer Tour

€840

adults

€770

children under 12

Tour imżewwaq b’xenarji mill isbaħ ta’ muntanji u widien mimlija dwieli. Inżuru żoni li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali kif ukoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom, bħal Milan u Turin.

Travel Dates 2024

20/06 – 25/06 | 16/09 – 21/09

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 1. Milan
  • 2. Alba (Langhe)
  • 3. Bardonecchia
  • 4. Juventus Stadium
  • 5. Courmayeur
  • 6. Aosta
  • Hotel Parisi - Turin

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Dati:
1) 20 – 25 ta’ Ġunju, 2024
2) 16 – 21 ta’ Settembru, 2024

Prezzijiet għal kull persuna:
Adulti: €840
Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €770

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Milan li titlaq f’12.55 u tasal Milan f’14.50. Fl-ajruport ta’ Milan, insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li hija 3 star (Hotel Parisi) u tinsab fir-reġjun ta’ Piemonte ġewwa l-belt ta’ Nichelino ftit minuti bogħod minn Turin. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena li hija 4 course bl-inbid u kafe inklużi. Wara l-ikel min ikun irid jrid jista’ joħroġ dawra żgħira mat-tour leader biex jambjenta ruħu aħjar mal-post.

It-Tieni ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fejn inżuru żona tal-Piemonte magħrufa bħala Langhe. Hawn inkunu nistgħu nitpaxxew b’veduti mill-isbaħ ta’ irħula u kastelli medjevali, għoljiet u għelieqi mimlija dwieli minn fejn jiġu ikkoltivati u prodotti l-aqwa inbejjed ta’ dan ir-Reġjun. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Wara l-kolazzjon nirkbu l-kowċ u nitilqu lejn ir-raħal ta’ Bardonecchia fejn inqattgħu in-nofs ta’nhar ta’ filgħodu. Bardonecchia huwa raħal ħelu fuq il-muntanji Alpi li ħafna jżuruh biex igawdu l-kwiet u ix-xenarji mill-isbaħ tal-muntanji u jipprattikaw l-isports tax-Xitwa. Nagħmlu passiġġata mar-raħal u min ikun jixtieq jista’ jitla’ fuq is-seggiovia (ħlas extra) minn fejn ikun jista’ jgawdi veduti aktar mill-għoli tal-muntanji li jżewqu dan il-post. Kmieni wara nofsinhar nitilqu lura lejn Turin fejn inżuru fost l-oħrajn Superga u il-Juventus Stadium. Min irid ikun jista’ jieħu tour tal-Juventus Stadium jew jidhol fil-Juventus Museum (ħlas extra) u l-oħrajn jistgħu imorru shopping fil-bosta ħwienet li hemm. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna fiċ-ċentru ta’ Turin fejn se nagħmlu ġurnata niskopru din il-belt stupenda magħrufa għal monumenti, palazzi u knejjes barokki li tħaddan u għal bosta ħwienet fejn min iħobb is-shopping ikollu xalata sħiħa. Filgħaxija nerġgħu nirkbu l-kowċ li teħodna lura l-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fejn in-natura hija spettakolari. Nieqfu ġewwa Courmayeur fejn ikollna ċ-ċans nippassiġġaw u nammiraw il-post. Min irid jista’ jitla’ f’waħda mill-aktar cable cars moderni fid-dinja u jasal sa gholi ta’ aktar minn 3000 metru (ħlas extra). Din il-cable car ġiet inawgurata f’2015 u swiet 110 miljun ewro. Filgħaxija nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni, u nitilqu lejn il-belt ta’ Milan. Hawn inqattgħu in-nofs ta’nhar ta’ filgħodu ingawdu ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt unika u żgur l-aħħar shopping ta’ din is-safra. Wara nofsinhar nirkbu l-kowċ lejn l-ajruport ta’ Linate fejn f’15.40 naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li twassalna lura lejn Malta.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
(+356) 27564323
Email: admin@sisutours.com
50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?