Enchanting Piemonte New Year Holiday Tour 2026/27

€985

adults

€950

children under 12

Inżuru żoni li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

Travel Dates

28/12/26 – 02/01/27

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Dati:

28 ta’ Dicembru, 2026 – 02 ta’ Jannar, 2027

Prezzijiet:

€985 Adulti
€950 Tfal taħt it-tnax-il sena

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel Ġurnata, 
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Milan li titlaq fin-12:25pm. Fl-ajruport ta’ Milan, insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li hija Hotel Parisi, 3 star, u tinsab fir-reġjun ta’ Piemonte, fil-belt ta’ Nichelino, ftit minuti bogħod minn Turin. Naslu l-lukanda, nidħlu fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena li hija 4-course bl-inbid u kafe inklużi.

It-Tieni Ġurnata,
Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fejn inżuru  żona tal-Piemonte magħrufa bħala Langhe. L-ewwel belt hija Alba fejn nieħdu pjaċir bl-esperjenza ta’ belt ċkejkna tar-reġjun u nisimgħu dwar it-tradizzjoni tat-Tartufo mingħand nies tal-mestjier. Imbagħad nitilgħu bil-karozza lejn Rodello d’Alba, fejn nitpaxxew b’veduti mill-isbaħ ta’ irħula u kastelli medjevali, għoljiet u għelieqi mimlija dwieli minn fejn jiġu kkoltivati u prodotti l-aqwa inbejjed ta’ dan ir-Reġjun, u jkollna ikla kbira b’bosta prodotti tar-reġjun (inkluża fil-prezz). Waranofsinhar nitilqu lejn in-naħat ta’ Eataly u ċ-ċentru kummerċjali tal-Lingotto (fejn kien hemm il-fabbrika tal-FIAT). Hemmhekk nibqgħu sa filgħaxija peress li l-ikla nkunu ħadnieha f’nofsinhar.

It-Tielet Ġurnata, 
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fejn in-natura hija spettakolari. Nieqfu Courmayeur fejn ikollna ċ-ċans nippassiġġaw u nammiraw il-post imfittex għall-isports tax-xitwa. Min irid jista’ jitla’ fuq Mont Blanc f’waħda mill-aktar cable cars moderni fid-dinja u jasal sa għoli ta’ aktar minn 3000 metru (ħlas extra). Din il-cable car ġiet inawgurata f’2015 u swiet 110 miljun ewro. Wara Courmayeur nerħulha lejn il-belt ħelwa ta’ Aosta. F’Diċembru, din il-belt tkun imżejna aktar u aktar b’villaġġ sabiħ tal-Milied. Filgħaxija nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Ir-Raba’ Ġurnata,
Wara l-kolazzjon, il-karozza teħodna fiċ-ċentru ta’ Turin fejn nagħmlu ġurnata niskopru din il-belt stupenda magħrufa għall-monumenti, palazzi u knejjes barokki li tħaddan, fosthom il-Katidral bil-Liżar ta’ Kristu u l-Palazz Irjali. Għal min iħobb ix-xiri jkollu xalata sħiħa u ħin liberu biżżejjed qalb toroq mimlija ħwienet. Tard waranofsinhar inżuru l-għolja ta’ Superga u l-knisja ta’ Maria Ausiliatrice fejn San Giovanni Bosco mexxa l-missjoni tiegħu, hu li twieled u għex f’din il-belt. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena speċjali tal-aħħar tas-sena (inkluża fil-prezz).

Il-Ħames Ġurnata, 
Wara l-kolazzjon nirkbu l-karozza u nitilqu lejn ir-raħal ta’ Bardonecchia fejn inqattgħu n-nofstanhar ta’ filgħodu. Bardonecchia huwa raħal ħelu fuq il-muntanji Alpi li ħafna jżuruh biex igawdu l-kwiet u x-xenarji mill-isbaħ tal-muntanji u jipprattikaw l-isports tax-xitwa. Nagħmlu passiġġata mar-raħal u min ikun jixtieq jista’ jitla’ fuq is-seggiovia (ħlas extra) minn fejn ikun jista’ jgawdi veduti aktar mill-għoli tal-muntanji li jżewqu dan il-post. Waranofsinhar nerħulha lejn Lake Avigliana fejn hawn ukoll inkunu nistgħu nkomplu nirrilassaw u ngawdu n-natura sovrana. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

Is-Sitt Ġurnata,
Nieħdu l-kolazzjon kmieni, u nitilqu lejn il-belt ta’ Milan. Hawn inqattgħu n-nofstanhar ta’ filgħodu ngawdu ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt unika u żgur l-aħħar xiri ta’ din is-safra. Waranofsinhar nirkbu l-karozza lejn l-ajruport fejn naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fit-3:15pm u tasal Malta fil-5:15pm.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu. Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?