Spring & Summer Friuli, Austria, Slovenia & Germany tour 2026

€985

adults

€950

children under 12

Tour ta’ ġimgħa sħiħa, li jmiss ma tlett pajjiżi fejn ingawdu natura, mill isbaħ, inżuru xmajjar u lagi, muntanji u bliet. Noqgħodu ġewwa lukanda mdawrin bl-alpi.

Travel Dates

Total of 18 dates to choose from

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Prezzijiet:
€985 – Adulti
€950 – Tfal sa 11 il-sena

Dati:

1) 10 sa 17 ta’ April, 2026
2) 18 to 25 April, 2026
3) 27 ta’ April sa 04 ta’ Mejju, 2026
4) 05 sa 12 ta’ Mejju, 2026
5) 13 sa 20 ta’ Mejju, 2026
6) 21 sa 28 ta’ Mejju, 2026
7) 29 ta’ Mejju sa 05 ta’ Ġunju, 2026
8) 16 sa 23 ta’ Ġunju, 2026
9) 24 ta’ Ġunju sa 01 ta’ Lulju, 2026
10) 10 sa 17 ta’ Lulju, 2026
11) 18 sa 25 ta’ Lulju, 2026
12) 18 sa 25 ta’ Awissu, 2026
13) 26 ta’ Awissu sa 02 ta’ Settembru, 2026
14) 03 sa 10 ta’ Settembru, 2026
15) 11 sa 18 ta’ Settembru, 2026
16) 19 sa 26 ta’ Settembru, 2026
17) 27 ta’ Settembru sa 04 ta’ Ottubru, 2026
18) 05 sa 12 ta’ Ottubru, 2026

 

 

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-ewwel ġurnata
Nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq filghodu kmieni għal Munich. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-kowċ li se tkun magħna matul it-tour kollu. L-ewwel waqfa tagħna tkun f’lake fil-Ġermanja jisimha Chiemsee fejn ikollna ċans nibdew ingawdu l-ġmiel tan-natura fl-aqwa tagħha. Wara nerġgħu nirkbu l-kowċ li tħallina fir-raħal ta’ Fusine in Val Romana (Tarvisio – Italia) fejn se jkollna l-lukanda li se tospitana. Se nkunu noqogħdu ġo lukanda tipika ta’ dawn in-naħat (Albergo al Sole) imdawrin bis-skiet u l- ġmiel tal-kampanja u l-muntanji. Filgħaxija jkollna ċ-ċena fil lukanda stess. 

It-Tieni ġurnata
Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni  ta’ ġurnata sħiħa qalb il-muntanji (Alpi) fejn fost l-oħrajn inżuru Lakes Fusine, u Alpe Vecchia. Hawn ikollna ħin biex nagħmlu passiġġati qalb xenarji mill-isbaħ immexxija minn gwidi esperti tal-post. Waranofsinhar nidħlu s-Slovenia u mmorru Kranskja Gora u Planica li huma skiing resorts popolari. Filgħaxija nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Wara l-kolazzjon immorru nżuru l-belt ħelwa ta’ Udine fejn ikollna ċans naraw ic-ċentru storiku tagħha bil-monumenti, pjazez u ħwienet li jżewquha u fejn ikollna ħin liberu anke għas-shopping. Minn hawn nerħulha lejn il-belt ta’ Venzone li mijiet ta’ snin ilu ġiet milquta minn terremot qawwi imma reġgħet inbniet għall-istat oriġinali tagħha. Ikollna ċans nippassiġġaw mac-ċentru storiku tagħha. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u mmorru lura għaċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Ljubljana, il-kapitali tas-Slovenja. Hawn ikollna ġurnata sħiħa biex inżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża fosthom il-Kastell, il-Katidral, is-Suq u l-Knisja ta’ San Frangisk u jkollna ukoll ħin liberu. Inżuru wkoll ċentru kummerċjali enormi jismu City Park. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata
Wara l-kolazzjon nidħlu l-Awstrija u nżuru l-lakes taz-zona ta’ Carinzia. Inżuru wkoll l-belt Awstrijaka ta’ Villach fejn wara li nżuru ċ-ċentru storiku jkollna ukoll xi ħin għas-shopping f’ċentru kummerċjali (Atrium). Hawn ukoll ikollna ċans nippassiġġaw u niskopru din iż-żona u nagħmlu passiġġati madwar ix-xenarji li jżewquha. Filgħaxija llum iċ-ċena tkun f’ristorant karatteristiku Alte Huette li qiegħed fiz-żona ta’ Camporosso taħt Monte Lussari.

Is-Sitt ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Lake Bohinij u Lake Bled li jinsabu fi Slovenja fejn ikollna ġurnata sħiħa ngawdu l-pajsaġġ. Hawn ikollkna l-opporunità nduru mal-lakes, tmorru fuq il-gżira ta’ Bled (ħlas extra) u nduqu l-ħelu tipiku tal-post. Filgaħxija nirkbu l-kowċ u nitilqu lura lejn il- lukanda għaċ-ċena.

Is-Seba’ ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u mmorru eskursjoni fil-vicinanzi tal-lukanda, f’dawn ix-xenarji tal-ħolm fejn in-natura sovrana tpaxxi l-għajn u sserraħ il-menti ta’ dawk kollha li jafu japprezzawha. Nerħulha lejn Val Saisera li jagħmel parti mill-Alpi Giulie u nzuru wkoll il-belt ta’ Tarvisio. Minn hawn nerħulha lejn Fontanon di Goriuda  fejn inkomplu nitpaxxew bis-sbuħija tan-natura u arja friska. Xħin isir il-ħin immorru lura l- lukanda għaċ-ċena.

It-Tmien ġurnata
Kmieni filghodu npoggu l-bagalji fil-coach u nitilqu lejn il-belt ta’ Salzburg, li tinsab fl-Awstrija. Hawn ikollna l-opportunità nżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża u jkollna ukoll ħin liberu biex induru ma’ din il-belt sinonima mal-film Sound of Music. Minn hawn imbagħad immorru  lejn l – ajruport ta’ Munich fejn naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq f’ 17.10 u tasal Malta f’ 19.30.

 

  • Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minħabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu u l-kronologija tal-ġranet tista’ tinbidel minħabba raġunijiet partikolarment marbuta mat-temp.
  • Fil-ġimgħat differenti li se jkun hemm it-tours jista’ jkun li nattendu għal attivitajiet u festi tradizzjonali tal-istaġun li xi wħud minnhom jista’ jkunu bi ħlas.
  • Cable car ta’ Monte Lussari (ħlas extra) se tkun miftuħa minn 1 ta’ Ġunju sa 1 ta’ Settembru.
  • Meta r-ristorant Alte Hutte jkun magħluq l-ikla ssir jew f’ristorant ieħor jew fil-lukanda.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu. Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?