Spring/Summer Tour in Friuli, Austria & Slovenia

€895

adults

€800

children under 12

Inkunu noqogħdu ġewwa lukanda f’Fusine in Val Romana (Tarvisio/Italja) fil-konfini mal-Awstrija u Slovenja u nżuru postijiet fuq l-Alpi li mhumiex fil-mappa turistika konvenzjonali tat-turisti Maltin kif ukoll oħrajn li huma ferm popolari.

Travel Dates 2024

Tista tagħżel minn dsatax -il data.

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 1. Laghi di Fusine
  • 2. Graz
  • 3. Monte Lussari
  • 4. Kranskja Gora
  • 5. Ljubljana
  • 6. Trieste
  • 7. Villach & Carinzia Lakes
  • 8. Lake Bohinj
  • 9. Lake Bled
  • 10. Vienna Airport
  • 11. Albergo al Sole

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Tista’ tagħżel minn dsatax-il data.
€895 adulti
€800 tfal taħt it-tnax -il sena.

1) 02 to 09 April
2) 09 to 16 April
3) 16 to 23 April
4) 23 to 30 April
5) 07 to 14 May
6) 14 to 21 May
7) 21 to 28 May
8) 28 May to 04 June
9) 18 to 25 June
10) 25 June to 02 July
11) 02 to 09 July
12) 09 to 16 July
13) 16 to 23 July
14) 20 to 27 August
15) 27 August to 03 September
16) 03 to 10 September
17) 17 to 24 September
18) 24 September to 01 October
19) 01 to 08 October

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-ewwel ġurnata

Nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq f’7.10am ghal Vienna u tasal 9.30am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-kowċ li se tkun magħna matul il-ġimgħa kollha. Fi triqitna lejn il-lukanda nieqfu fil-belt awstrijaka ta’ Graz fejn ikollna l-opportunità inżuru ċ-ċentru storiku taghha. Wara li niskopru Graz nirkbu l-kowċ li tħallina fir-raħal ta’ Fusine in Val Romana (Tarvisio) fejn se jkollna l-lukanda li se tospitana. Se nkunu noqogħdu ġo lukanda tipika ta’ dawn in-naħat (Albergo al Sole) imdawrin bis-skiet u l- ġmiel tal-kampanja u l-muntanji.

It-Tieni ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u eżatt wara nibdew eskursjoni fil-vicinanzi tal-lukanda, f’dawn ix-xenarji tal-ħolm fejn in-natura sovrana tpaxxi l-għajn u sserraħ il-menti ta’ dawk kollha li jafu japprezzawha. Nerħulha lejn Monte Lussari (cable car €14.50 – ħlas extra) , u Val Saisera li jagħmlu parti mill-Alpi Giulie. Minn hawn nerħulha lejn Fontanon di Goriuda fejn inkomplu nitpaxxew bis-sbuħija tan-natura u arja friska. Xħin isir il-ħin immorru lura l- lukanda għaċ-ċena.

It- Tielet ġurnata

Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni oħra ta’ ġurnata sħiħa qalb il-muntanji (Alpi) fejn fost l-oħrajn inżuru Lakes Fusine, u Alpe Vecchia. Hawn ikollna ħin biex nagħmlu passiġġati qalb xenarji mill-isbaħ immexxija minn gwidi esperti tal-post. Wara nofsinhar nidħlu s-Slovenia u mmorru Kranskja Gora u Planica li huma skiing resorts popolari. Filgħaxija nirritornaw il-lukanda pero’ llum iċ-ċena tkun f’ristorant karatteristiku Alte Huette li qiegħed fiz-żona ta’ Camporosso taħt Monte Lussari.

Ir-Raba’ ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Ljubljana, il-kapitali tas-Slovenja. Hawn ikollna ġurnata sħiħa biex inżuru ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt meraviljuża fosthom il-Kastell, il-Katidral, is-Suq u l-Knisja ta’ San Frangisk u jkollna ukoll ħin liberu. Inzuru wkoll centru kummercjali enormi jismu City Park. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames ġurnata

Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni ta’ gurnata shiha fil-belt stupenda ta’ Trieste. Hawn ikollna l-opportunità niskopru c-centru storiku ta’ din il-belt bl-ghajnuna ta’ gwida tal-post li tkun qed takkumpanjana. Ikun hemm ukoll hin liberu ghas-shopping. Inzuru wkoll il-gonna tal-Kastell ta’ Miramare li jinsab f’din il-belt qrib il-bahar. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u mmorru lura għaċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata

Wara l-kolazzjon nidħlu l-Awstrija u nżuru l-lakes taz-zona ta’ Carinzia. Inżuru wkoll l-belt Awstrijaka ta’ Villach fejn wara li nżuru ċ-ċentru storiku jkollna ukoll xi ħin għas-shopping f’ċentru kummerċjali (Atrium). Hawn ukoll ikollna ċans nippassiġġaw u niskopru din iż-żona u nagħmlu passiġġati madwar ix-xenarji li jżewquha. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u mmorru lura għaċ-ċena.

Is-Seba’ ġurnata

Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Lake Bohjini u Lake Bled li jinsabu fi Slovenja fejn ikollna ġurnata sħiħa ngawdu l-pajsaġġ. Hawn ikollkom l-opprunità idduru mal-lakes, tmorru fuq il-gżira ta’ Bled (hlas extra) u dduqu l-ħelu tipiku tal-post. Filgaħxija nirkbu l-kowċ u nitilqu lura lejn il- lukanda għaċ-ċena.

It-Tmien ġurnata

Kmieni filgħodu nerħulha lejn l-ajruport ta’ Vienna fejn nieħdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq f’10.20 am u tasal Malta 12.35.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
(+356) 27564323
Email: admin@sisutours.com
50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?