Vjaġġ ta’ sitt ijiem bejn tliet pajjiżi qalb muntanji u ġmilijiet tan-natura li bħalhom ma narawx f’Malta. Inqassmu l-ħin bejn is-Sudtirol fl-Italja, l-Awstrija u anki l-Ġermanja, meta niskopru Bolzano, Merano, Innsbruck u l-esperjenza ta’ Swarovski Crystal World, Lago di Braies, Dobbiaco u Brunco fid-Dolomiti, Val di Funes, Bressanone u Vipiteno u Lake Achensee.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Prezzijiet:
€980 – Adulti
€950 – Tfal sa 11 -il sena
Dati:
1) 30 t’April sal-5 ta’ Mejju 2027
2) 17 sat-22 ta’ Mejju 2027
3) 7 sat-12 ta’ Ġunju 2027
4) 28 ta’ Ġunju sat-3 ta’ Lulju 2027
5) 12 sas-17 ta’ Settembru 2027
6) 18 sat-23 ta’ Settembru 2027
7) 24 sad-29 ta’ Ottubru 2027
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq minn Malta fis-7:15am lejn Munich. Niġbru l-bagalji u nitilqu lejn il-belt ta’ Munich (Ġermanja) fejn ikollna l-opportunità nduru ċ-ċentru storiku tagħha. Waranofsinhar nerġgħu nirkbu l-karozza u nerħulha lejn il-lukanda 3* Hotel Post Maria Trens li tinsab qalb il-muntanji maestużi tas-Südtirol fl-Italja. Nissetiljaw fil-kmamar u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunità unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inbid u ilma nklużi fil-prezz). Se nkunu noqogħdu ġo post imdawwar bis-skiet u l-ġmiel tal-muntanji u tal-kampanja.
It-Tieni Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u mmorru niskopru l-belt spettakolari ta’ Bolzano. Bolzano hija l-kapitali u l-akbar belt Taljana tas-Südtirol. Hawn inqattgħu nofstanhar niskopru din il-belt stupenda. Ikollna ċans induru maċ-ċentru storiku tagħha fejn ikollna ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Waranofsinhar immorru nżuru l-belt ta’ Merano. Hawn ikollna l-opportunità nitpaxxew b’veduti meraviljużi u ngawdu n-natura li żżewwaq din iż-żona. Wara li nkunu żorna ċ-ċentru storiku, tard waranofsinhar nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u llum nerġgħu nidħlu l-Awstrija. L-ewwel waqfa tagħna tkun fi Swarovski Crystal World (biljett tad-dħul inkluż fil-prezz). Hawn ikollna ċans nitpaxxew f’dinja tal-ħolm maħluqa minn din id-ditta tant rinomata. Wara Swarovski nerħulha lejn il-belt spettakolari ta’ Innsbruck. Hawn inqattgħu nofstanhar niskopru din il-belt meraviljuża. Ikollna ċans induru maċ-ċentru storiku tagħha u ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Innsbruck għandha wkoll għażla kbira ta’ ħwienet u ċentri kummerċjali. Tard waranofsinhar nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Wara l-kolazzjon, illum nitilqu lejn iż-żona tad-Dolomiti, fejn se ngawdu żewġ għadajjar mill-isbaħ. L-ewwel nieqfu Lago di Braies, meqjusa bħala l-Ġojjel tad-Dolomiti. Ikollna biżżejjed ħin induru madwar l-għadira u nirrilassaw fost in-natura li joffri dan il-post. Wara, nitilqu lejn Lago di Dobbiaco. Hawnekk ukoll għandna post fejn tistrieħ fis-silenzju, imdawwar bil-muntanji u l-foresti. Wara mmorru Brunico li hija l-akbar belt ġewwa l-Wied ta’ Val Pusteria fil-provinċja Taljana tas-Südtirol u li tinsab bejn ix-xmajjar Ahr u Rienz. Hawn ikollna ħin biżżejjed biex niskopru u nippassiġġaw fiċ-ċentru storiku tagħha. Minn hawn, tard waranofsinhar nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn wied pittoresk fid-Dolomiti, Val di Funes. Se nerġgħu nqattgħu ħin imdawrin b’xeni tal-ħolm. Se jkollna l-opportunità li nagħmlu passiġġata sabiħa qalb in-natura u l-muntanji ta’ dawn l-inħawi. Minn hawn immorru niskopru l-belt stupenda ta’ Bressanone. Bressanone hija t-tielet l-akbar belt Taljana tas-Südtirol u l-eqdem belt tal-provinċja. Hawn inqattgħu numru ta’ sigħat niskopru din il-belt stupenda. Ikollna ċans induru maċ-ċentru storiku tagħha u ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Waranofsinhar immorru nżuru l-belt ta’ Vipiteno li tinsab qrib ħafna l-lukanda tagħna. Wara li nkunu żorna ċ-ċentru storiku, tard waranofsinhar nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena.
Is-Sitt Ġurnata
Wara l-kolazzjon, illum inqiegħdu l-bagalji fil-karozza u nitilqu lejn l-Ajruport ta’ Munich. Fit-triq nieqfu Lake Achensee fl-Awstrija u li hija magħrufa bħala l-Fjord ta-Alpi. Din hija l-akbar għadira fl-Istat Federali Awstrijak tat-Tirol. Waranofsinhar naqbdu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq minn Munich fil-5:10pm u tasal lura Malta fis-7:30pm.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.