Sitt ijiem fin-naħa ta’ fuq tal-Italja, l-Awstrija u Munich fil-Ġermanja hekk kif jibdew jiftħu s-swieq tal-Milied f’dan ir-reġjun tant magħruf għalihom. Inżuru Kufstein, Innsbruck, Hall, Lake Achensee, Schwaz u s-Swarovski Crystal World fl-Awstrija, Lago di Braies qrib Bolzano, Brunico, Novacella, Bressanone u Vipiteno fl-Italja. Ma’ dawn, inżuru wkoll Munich fejn ikun fetaħ ukoll wieħed mill-akbar swieq tal-Milied fil-beraħ.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Data:
22 sa 27 ta’ Novembru, 2026
Prezz:
Adulti: €965
Tfal taħt it-12-il sena: €945
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li teħodna Munich u li titlaq fis-7:15am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-kowċ li se tkun magħna matul il-vaganza kollha. Fit-triq lejn il-lukanda nieqfu fir-raħal Awstrijak ta’ Kufstein fejn inkunu nistgħu ngawdu ftit ħin fiċ-ċentru u nduru mal-Christmas markets tiegħu. Nerġgħu nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn il-lukanda 3* Hotel Post Maria Trens li tinsab qalb il-muntanji maestużi tas-Sud Tirol fl-Italja. Nissetiljaw fil-kmamar u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita’ unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (ilma u nbid inkluż fil-prezz). Se nkunu noqogħdu ġo post imdawwar bis-skiet u l-ġmiel tal-muntanji u tal-kampanja.
It-Tieni Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nidħlu l-Awstrija fejn immorru niskopru l-belt spettakolari ta’ Innsbruck. Hawn inqattgħu nofstanhar niskopru din il-belt stupenda. Ikollna ċans induru maċ-ċentru storiku tagħha kif ukoll ingawdu l-Christmas markets li toffri. Hawn ikollna ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Waranofsninar immorru nżuru raħal ieħor ġewwa l-Awstrija li jismu Hall. Dan huwa raħal medjevali li jinsab qrib ix-xmara Inn. Hawn ikollna l-opportunità nitpaxxew b’veduti meraviljużi u ngawdu n-natura li żżewwaq din iż-żona. Wara li nkunu żorna ċ-ċentru storiku u dorna mal-Christmas Markets tard waranofsinhar nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Wara l-kolazzjon illum l-ewwel waqfa tagħna tkun f’Lake Braies li tinsab fis-Sud Tirol fin-naħa tal-Italja (fil-provincja ta’ Bolzano) fejn inkunu nistgħu ngawdu din l-għadira stupenda, il-muntanji maestużi u s-silġ li possibilment ikun qed jiksi dawn in-naħat f’dan iż-żmien partikolari tas-sena. Wara mmorru Brunico li hija l-akbar belt fil-Wied ta’ Val Pusteria fil-provinċja Taljana tas-Sud Tirol u li tinsab bejn ix-xmajjar Ahr u Rienz. Hawn ikollna ħin bizzejjed biex niskopru u nippassiġġaw fiċ-ċentru storiku tagħha. Minn hawn, tard waranofsinhar nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u llum nerġgħu nidħlu l-Awstrija. L-ewwel waqfa tagħna tkun fi Swarovski Crystal World (biljett tad-dħul inkluż fil-prezz). Hawn ikollna ċans nitpaxxew f’dinja tal-ħolm maħluqa minn din id-ditta tant rinomata. Wara Svarowski nerħulha lejn Lake Achensee, dejjem fl-Awstrija, u li hija magħrufa bħala l-Fjord ta-Alpi. Din hija l-akbar lake fl-Stat Federali Awstrijak tat-Tirol. Minn hawn nerħulha lejn ir-raħal Awstrijak ta’ Schwaz fejn ikollna l-ħin nitpaxxew u ngawdu l-Christmas markets. Tard waranofsinhar nirkbu l-karozza u mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u l-ewwel waqfa tagħna tkun fl-abbazija spettakolari ta’ Novacella minn fejn inkunu nistgħu ngawdu xenarji tal-ħolm. Minn hawn immorru niskopru l-belt stupenda ta’ Bressanone. Bressanone hija t-tielet l-akbar belt Taljana tas-Sudtirol u l-eqdem belt tal-provinċja. Hawn inqattgħu numru ta’ sigħat niskopru din il-belt stupenda. Ikollna ċans induru maċ-ċentru storiku tagħha. Hawn ikollna ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Waranofsninar immorru nżuru l-belt ta’ Vipiteno li tinsab qrib ħafna l-lukanda tagħna. Wara li nkunu żorna ċ-ċentru storiku, tard waranofsinhar nirkbu l-kowċ u nitilqu lura lejn l-lukanda għaċ-ċena.
Is-Sitt Ġurnata
Wara l-kolazzjon, li jkun ftit aktar kmieni mis-soltu, inqiegħdu l-bagalji fil-karozza u nitilqu lejn il-belt ta’ Munich (Ġermanja) fejn ikollna l-opportunità nqattgħu nofstanhar induru ċ-ċentru storiku u l-Christmas Markets kbar u sbieħ tagħha. Waranofsinhar naqbdu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq minn Munich fit-20:00.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.