5 ijiem fiċ-ċentru tal-Italja, b’varjeta ta’ bliet minn Ruma sa Ortezzano, Assisi, Loreto u saħansitra l-Grotte di Frasassi. Magħhom inżidu Campo Imperatore fuq il-Gran Sasso biex f’dawn il-5 ijiem inkunu żorna minn bliet sa natura sovrana fuq il-quċċata tal-ogħla muntanja fl-Appennini.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Dati:
31 ta’ Ottubru sa 4 ta’ Novembru, 2026
Prezzijiet:
€820 kull adult (f’kamra doppja/tripla/family)
€795 tfal taħt it-12-il sena
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata,
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kmieni filgħodu biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq lejn Ruma fis-6:10am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-kowċ privata li se tkun magħna matul il-vjaġġ kollu. Il-karozza tħallina fiċ-ċentru ta’ Ruma, il-belt meraviljuża u hawn inqattgħu ftit sigħat inżuru l-Belt tal-Vatikan u t-teżori li tħaddan. Fit-3pm nerġgħu nirkbu l-karozza u nerħulha lejn ir-raħal ta’ Ortezzano fir-reġjun ta’ Marche. Nissetiljaw fil-kmamar tal-Agriturismo li se jospitana u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita’ unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inkluż dejjem fil-prezz matul iċ-ċena flimkien mal-ilma). Se nkunu noqogħdu ġo Agriturismo mdawrin bis-skiet u l-ġmiel tal-kampanja.
It-Tieni Ġurnata,
Nieħdu l-kolazzjon u naqbdu triqitna lejn il-belt stupenda ta’ Assisi (li tinsab fir-reġjun tal-Umbria). F’din il-belt iddedikata lil San Franġisk inqattgħu ġurnata sħiħa, naraw il-knejjes u s-siti Franġiskani, il-post fejn hu midfun Carlo Acutis u tant ħwienet artiġjanali tal-post qalb ambjent rustiku mill-isbaħ. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata,
Nieħdu l-kolazzjon ftit aktar kmieni mis-soltu u wara nitilqu lejn Grotte di Frasassi (biljett tad-dħul inkluż fil-prezz). Dawn huma l-akbar għerien ġol-muntanji fl-Ewropa u ż-żjara tagħhom li ddum 75 minuta hija verament unika u impressjonanti. Wara nitilqu lejn il belt ta’ Loreto fejn fost affarijiet oħra hemm is-Santwarju tal-Madonna bid-devozzjoni daqstant kbira lejh. Hawn ikollna wkoll xi ħin liberu biex inkomplu niskopru din il-belt. Minn hawn imbagħad immorru lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata,
Nieħdu l-kolazzjon u wara nitilqu lejn ir-reġjun tal-Abruzzo. Hawn inżuru ż-żona tal-Gran Sasso li hija l-akbar muntanja tal-Appennini. Nitilgħu l-cable car (ħlas extra) għal Campo Imperatore li tinsab f’għoli ta’ 2300 metru fejn hemm probabiltà kbira li nsibu s-silġ! Minn hawn immorru nieklu ikla tipika Abruzzese (inkluża fil-prezz). Wara l-ikel inżuru s-santwarju famuż ta’ San Gabriele. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn l-agriturismo għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata,
Nitilqu lejn Ruma wara l-kolazzjon u hemm inqattgħu nofstanhar ingawdu l-monumenti tagħha. Filgħaxija mmorru l-ajruport u naqbdu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq fid-21:00 u tasal Malta fl-22:30.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.