Toscana & Liguria Summer Tour

€840

adults

€770

children under 12

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

Travel Dates 2024

19/06 – 24/06 | 31/08 – 05/09

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 1. Milan (Airport)
  • 2. Firenze
  • 3. Cinque Terre
  • 4. Lucca
  • 5. Pisa
  • 6. San Gimignano
  • 7. Siena
  • 8. Sarzana
  • Albergo La Castellana

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Prezzijiet għal kull persuna:
Adulti: €840
Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €770

Dati:
19 June to 24 June, 2024
31 August to 5 September, 2024

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira titlaq 12:25. Naslu fl-ajruport ta’ Milan, fejn insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li tinsab fir-reġjun ta’ Toscana fil-konfini mar-reġjun ta’ Liguria. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar, nistrieħu ftit u ninzlu għaċ-ċena.

It-Tieni ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt ta’ Firenze fejn se nqattgħu ġurnata sħiħa. Hawn fost l-oħrajn jkollna l-opportunita` naraw il-bosta knejjes u pjazez li jżewwqu lil din il-belt meraviljuża. Inkunu nistgħu naqsmu fuq il-Ponte Vecchio li llum huwa mimli ħwienet li jbiegħu d-deheb. Min irid, jista’ jżur xi wieħed mill-mużewijiet li ghandha din il-belt (ħlas extra) jew il-monti li hu magħruf mad-dinja kollha, fejn jinbiegħu ħafna prodotti tal-ġild. F’din il-belt ma jonqosx li jkollna ħin liberu għas-shopping. Filgħaxija nirkbu l-kowċ u nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ La Spezia minn fejn nirkbu l-ferrovija (biljett inkluż fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru iċ- Cinque Terre li huma ħames irħula patrimonju UNESCO b’veduti eċċezzjonali fuq il-baħar. Bejn l-ewwel u t-tieni raħal, li huma Riomaggiore u Manarola, inkunu nistgħu naraw il-famuża Via dell’Amore. Fl-irħula li huma distanti biss ftit minuti minn xulxin, immorru permezz tal-ferrovija. Wara li nkunu żorna Monterosso li huwa l-ħames raħal, nirkbu l-kowċ li teħodna lura l-lukanda għaċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u naqbdu triqitna lejn Lucca. Il-belt ta’ Lucca hija magħrufa l-aktar ghas-swar uniċi tagħha. Ikollna l-opportunita` li nippassiġġaw fuq dawn is-swar, kif ukoll inżuru xi pjazez u knejjes ta’ din il-belt unika. Hawn ukoll ikollna xi ħin liberu għas-shopping. Wara nofsinhar nitilqu lejn il-belt meraviljuża ta’ Pisa fejn fost l-oħrajn inżuru Piazza dei Miracoli bl-attrazzjoni prinċipali tkun it-torri mmejjel. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Il-Hames ġurnata
Wara l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt medjevali ta’ San Gimignano li hija wkoll patrimonju UNESCO. Hemm ikollna ċans nippassiġġaw fit-triqat u l-pjazez karatteristiċi ta’ din il-belt unika. Wara nirkbu l-kowċ u nerħulha lejn il-belt ta’Siena fejn fost l-oħrajn inżuru l-katidral dedikat lill-Madonna u l-famuża Piazza del Campo fejn darbtejn fis-sena jsiru t-tiġrijet taż-żwiemel tal – Palio di Siena. Filgħaxija nirkbu l-kowċ li teħodna l-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt gurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nirkbu l-kowċ li teħodna lejn ir-raħal medjevali ta’ Sarzana, fejn nagħmlu passiġġata zgħira. Wara naqbdu t-triq lejn l-ajruport ta’ Milan, fejn nieħdu t-titjira ta’ l-KM Malta Airlines li titlaq 15.15.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
(+356) 27564323
Email: admin@sisutours.com
50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?