Inżuru bliet famużi fit-Toscana, bħal Lucca, Firenze, Pisa u oħrajn. Nqattgħu ġurnata sħiħa fiċ-Cinque Terre, fejn naraw xenarju mill-isbaħ f’dawn l-irħula mdendlin fuq il-baħar. Noqgħodu fl-lukanda mal baħar ġewwa Lerici, fejn ikollna wkoll iċ-ċena ta’ l-aħħar tas-sena.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Dati:
29 ta’ Dicembru, 2026 – 03 ta’ Jannar, 2027
Prezzijiet:
€985 Adulti
€950 Tfal taħt it-tnax-il sena
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Milan Linate li titlaq fin-12:25pm. Naslu fl-ajruport ta’ Linate f’Milan, fejn insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna, Hotel Byron, li hija 4-star f’Lerici, fir-reġjun tal-Liguria fil-konfini mar-reġjun tat-Toscana. Naslu l-lukanda, nidħlu fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena.
It-Tieni Ġurnata
Wara l-kolazzjon illum nitilqu lejn il-belt ta’ Siena fejn fost l-oħrajn inżuru l-katidral iddedikat lill-Madonna u l-famuża Piazza del Campo fejn darbtejn fis-sena jsiru t-tiġrijet taż-żwiemel tal-Palio di Siena. Wara nżuru l-belt medjevali ta’ San Gimignano li hija wkoll patrimonju UNESCO. Hemm ikollna ċans nippassiġġaw fit-triqat u l-pjazez karatteristiċi ta’ din il-belt unika. Filgħaxija nirkbu l-karozza li teħodna l-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Wara l-kolazzjon, il-karozza teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ La Spezia minn fejn nirkbu l-ferrovija (biljett inkluż fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru ċ-Cinque Terre li huma ħames irħula patrimonju UNESCO b’veduti eċċezzjonali fuq il-baħar. Minn dawn, jirnexxilna naraw erbgħa. Fl-irħula li huma distanti biss ftit minuti minn xulxin, immorru permezz tal-ferrovija. Wara li nkunu żorna Monterosso, nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena li llum tkun waħda speċjali tal-aħħar tas-sena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u naqbdu triqitna lejn Lucca, il-belt magħrufa l-aktar għas-swar uniċi tagħha, iżda wkoll għat-torri medjevali bil-ġnien fuqu, u fuq kollox għall-kompożitur Taljan Giacomo Puccini. Ikollna l-opportunita li nippassiġġaw fuq dawn is-swar, kif ukoll inżuru xi pjazez u knejjes ta’ din il-belt unika. Hawn ukoll ikollna ħin liberu għall-ikel jew għax-xiri. Waranofsinhar nitilqu lejn il-belt meraviljuża ta’ Pisa fejn fost l-oħrajn inżuru Piazza dei Miracoli bl-attrazzjoni prinċipali tkun it-torri mmejjel u l-katidral. Ikollna wkoll ħin liberu biex nidħlu fiċ-ċentru storiku ta’ Pisa lil hinn mix-xmara Arno. Minn hawn nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt ta’ Firenze fejn inqattgħu ġurnata sħiħa. Hawn fost l-oħrajn jkollna l-opportunita naraw il-bosta knejjes u pjazez li jżewqu lil din il-belt meraviljuża, il-benniena tar-Rinaxximent. Parti mit-triq nagħmluha bit-tram (il-biljetti inklużi fil-prezz). Inkunu nistgħu naqsmu fuq il-Ponte Vecchio li llum huwa mimli ħwienet tad-deheb. Min irid, jista’ jżur xi wieħed mill-mużewijiet li għandha din il-belt, jew jitla’ fuq il-bejt tal-katidral uniku ta’ Firenze (ħlas extra). Naraw tant statwi tal-irħam, fosthom il-famuż David, u min irid jista’ jasal sal-monti li hu magħruf mad-dinja kollha għall-prodotti tal-ġild. F’din il-belt ma jonqosx li jkollna ħin liberu għax-xiri. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.
Is-Sitt Ġurnata
Illum nieħdu l-kolazzjon u nirkbu l-karozza li teħodna fir-raħal pittoresk ta’ Portovenere fejn inkunu nistgħu ngawdu x-xenarji ta’ dan ir-raħal stupend qrib il-baħar li jmiss maċ-Cinque Terre. Wara li nkunu rajna Portovenere naqbdu t-triq lejn l-ajruport ta’ Linate f’Milan, biex nieħdu t-titjira tal KM Malta Airlines li titlaq fit-3:15pm lejn Malta.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.